Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Awwissu 2010 - Babcock Noell vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-299/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar ta' interessi"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Babcock Noell GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Werner u C. Elbreht, avukati)

Konvenuta: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: A. Verpont, aġent, assistit minn C. Kennedy-Loest, K. Wilson u C. Thomas, solicitors, u N. Pourbaix, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenuta fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti li tiċħad l-offerti tar-rikorrenti u li tagħti lil offerent ieħor il-lott D tal-kuntratt għall-provvista ta' pakketti ta' kojls tal-kamp torojdali ITER (ITER Toroidal Field Coils Winding Packs)

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________