Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2010 - Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-300/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Kaltenecker, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2010, fil-parti fejn din tiċħad lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti mhux żvelati jew parzjalment żvelati;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2010, li tiċħad parzjalment it-tieni talba tagħha ta' aċċess għad-dokumenti li jirrigwardaw il-kuntratt LIEN 97-2001 u li fir-rigward tagħhom ma ngħata l-ebda aċċess.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tafferma li l-Kummissjoni ma setgħatx tiċħdilha b'mod leġittimu l-aċċess għad-dokumenti mitluba billi tinvoka l-eċċezzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jħarsu l-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni kif ukoll il-ħarsien tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu 1. F'dan ir-rigward jingħad ukoll li jeżisti interess pubbliku ogħla fl-iżvelar tad-dokumenti li għadhom ma sarux pubbliċi.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).