Language of document : ECLI:EU:C:2007:302

KONKLUŻJONIJIET TA’ L-AVUKAT ĠENERALI

MENGOZZI

ppreżentati fl-24 ta’ Mejju 2007 1(1)

Kawża C‑98/06

Freeport plc

vs

Olle Arnoldsson

(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Högsta domstolen)

“Ġurisdizzjoni–Regolament Nru 44/2001/KE – Ġurisdizzjoni speċjali – Numru ta’ konvenuti”





1.        Permezz ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Högsta domstolen (Qorti Suprema) tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja żewġ domandi dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 2001, p. 1)(2).

2.        Din id-domanda ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża li fiha l-Högsta domstolen kienet imsejħa sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-tingsrätt (Qorti tal-Prim’Istanza) ta’ Göteborg biex tieħu konjizzjoni tal-kawża mressqa quddiem din il-qorti minn Olle Arnoldsson kontra l-kumpannija stabbilita taħt dritt Britanniku Freeport Leisure plc (iktar ’il quddiem “Freeport plc.”).

I –    Il-kuntest ġuridiku

3.        Kif inhu magħruf, it-Trattat ta’ Amsterdam, fl-estensjoni tal-kompetenzi Komunitarji fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ta’ natura ċivili, stabbilixxa bażi ġuridika speċifika li permezz tagħha seħħet il-“komunitarizzazzjoni” tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Brussell”).

4.        Adottat fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 61(c) u 67(1), KE, ir-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxi, fi spirtu ta’ kontinwità mal-Konvenzjoni ta’ Brussell (3), il-leġiżlazzjoni Komunitarja ġdida dwar l-eżerċizzjoni tal-ġurisdizzjoni ċivili u kummerċjali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għandhom implikazzjonijiet internazzjonali u fuq l-applikabbiltà tad-deċiżjonijiet dwar dawn il-kawżi fl-Istati Membri (4).

5.        It-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001 jiddefinixxi r-regoli komuni ta’ l-attribuzzjoni tal-kompetenza ġuridika. Is-Sezzjoni 1 ta’ dan il-Kapitolu intitolata “Dispożizzjonijiet ġenerali” tinkludi l-Artikoli 2-4 li jidefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-leġiżlazzjoni kkontestata.

6.        L-Artikolu 2(1) jiddisponi:

“Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju [residenti] fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.”

7.        Fis-sens ta’ l-Artikolu 3(1):

“Persuni domiċiljati [residenti] fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f’Sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu”.

8.        Is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001, intitolata “Ġurisprudenza speċjali” tinkludi l-Artikoli 5-7. Għall-finijiet tal-kawża preżenti għandhom jiġu mfakkra xi dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 6, li permezz tagħhom persuna li għandha d-domiċilju [residenza] tagħha fi Stat membru tista’, fuq għażla tar-rikorrent titħarrek quddiem qrati alternattivi għall-qorti ġenerali tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut, li magħha il-kawża għandha rabtiet speċifiċi.

9.        L-Artikolu 5 jiddisponi kif ġej:

“Persuna domiċiljata [residenti] fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:

1) (a) f’materji li għandhom x'jaqsmu ma' xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ;

(…)

3) f’materji li għandhom x'jaqsmu ma' tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq;”.

10.      Skond it-termini ta’ l-Artikolu 6:

Persuna li tkun domiċiljata [residenti] fi Stat Membru tista’ wkoll tiġi mfittxija:

“1) meta tkun waħda minn numru ta’ konvenuti, fil-qrati tal-post fejn wieħed minnhom jkun domiċiljat [residenti], basta illi t-talbiet ikunu marbuta hekk mill-qrib li jkun aktar espedjenti li jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex jevitaw ir-riskju ta’ ġudizzji irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati;

2) bħala parti terza f’azzjoni dwar mandat jew garanzija jew f’xi proċedimenti oħra dwar terzi partijiet, fil-qorti li tkun fil-pussess tal-proċedimenti oriġinali, sa kemm dawn kienu ġew mibdija biss bl-obbjettiv uniku li jitneħħa mill-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti li tisma' l-każ tiegħu”

II – Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

11.      Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, hekk kif jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju, jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.

12.      Is-Sur Arnoldsson, konvenut fil-kawża prinċipali, kien jikkollabora mal-kumpannija Villages des Marques S.A. (iktar ’il quddiem “Villages des Marques”) li mill-1996 għandha r-rwol li tidentifika fl-Ewropa siti adattati għal factory outlets (siti ta’ bejgħ fil-fabbriki) u li tiżviluppa dawn il-proġetti.

13.      Xi wħud minn dawn il-proġetti, b’mod partikolari dak li jirrigwarda s-sit Żvediż ta’ Kungsbacka, kienu ġew ċeduti lill-kumpannija Freeport plc, stabbilita fil-Gran Britannja, bi ħlas ta’ perċentwali taż-żieda fil-valur li nħoloq mid-differenza bejn il-valur tas-suq ta’ kull wieħed minn dawn is-siti u l-ispejjeż sostnuti għall-iżvilupp ta’ dan il-proġett. Jirriżulta mid-dokumenti annessi ma' l-osservazzjonijiet ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mis-Sur Arnoldsson, ftehim li jirrigwarda, fost affarijiet oħrajn, is-sit ta’ Kungsbaka, taħt forma ta’ kuntratt ta’ impriża konġunta, li ġie konkluż fil-15 ta’ Settembru 1999 bejn Freeport plc u Trading Places Ltd., il-kumpannija parent ta’ Villages des Marques (5).

14.      Fl-ambitu tan-negozjati dwar t-trasferiment tas-sit ta’ Kungsbacka, fil-11 ta’ Awwissu 1999, ir-rappreżentant ta’ Freeport plc. u s-Sur Arnoldsson ikkonkludew ftehim verbali li permezz tiegħu Freeport plc kienet marbuta tħallas lill-kontroparti, fil-mument tal-ftuħ ta’ l-istabbiliment ta’ Kungsbacka, somma ta’ 500 000 GBP bħala “success fee” (iktar ’il quddiem il-“ftehim”). Dan il-ftehim ġie kkonfermat minn Freeport plc b’faks tat-13 ta’ Settemrbu 1999, li fih kien ippreċiżat, fost oħrajn, li l-ħlas kien se jsir mill-kumpannija li hija l-proprjetarja ta’ l-istabbiliment.

15.      L-istabbiliment ta’ Kungsbacka infetaħ uffiċjalment fil-15 ta’ Novembru 2001. Il-proprjetarja ta’ l-istabbiliment hija l-kumpannija Freeport Leisure (Sweden) AB (iktar ’il quddiem “Freeport AB”), li hija kkontrollata 100% minn Freeport plc permezz tal-fergħa tagħha Freeport Leisure (Netherlands) BV, anke din ikkontrollata 100% minn Freeport plc. Wara li ġiet irreġistrata fl-Iżvezja fit-13 ta’ Settembru 1999 taħt denominazzjoni oħra, Freeport AB kienet ġiet akkwistata mill-grupp Freeport fir-rebbiegħa ta’ l-2000.

16.      Wara l-ftuħ ta’ l-istabbiliment, is-Sur Arnoldsson talab lil Freeport AB u lill-Freeport plc. il-ħlas tal-kummissjoni miftiehma fil-ftehim. Wara li ma rċieva l-ebda ħlas, fil-5 ta’ Frar 2003, is-Sur Arnoldsson ressaq liż-żewġ kumpanniji quddiem it-tingsrätt ta’ Göteborg, li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha kien jinsab l-uffiċċju rreġistrat ta’ Freeport AB, fejn talab li jiġu ordnati jħallsuh is-somma ta’ 500 000 GBP, jew l-ekwivalent fi Krona Żvediża, kif ukoll l-interessi.

17.      Is-Sur Arnoldsson invoka l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 sabiex fuqu jibbaża l-ġurisdizzjoni tat-tingsrätt ta’ Göteborg fir-rigward ta’ Freeport plc.

18.      Freeport plc. eċċepiet prinċipalment l-inkompetenza tal-qorti Żvediża billi kkontestat l-applikabbiltà fil-kawża preżenti tad-dispożizzjoni invokata mir-rikorrenti.

19.      B’mod partikolari, skond ma ġie espost mill-qorti tar-rinviju, Freeport plc sostniet li l-azzjoni diretta kontriha kienet tirrappreżenta bażi kuntrattwali filwaqt li dik kontra Freeport AB setgħet tiġi bbażata biss fuq allegata responsabbiltà ta’ fatt illeċitu, peress li din il-kumpannija mhux biss ma ħaditx sehem fil-ftehim iżda lanqas biss kienet teżisti fid-data li fiha l-imsemmi ftehim kien ġie konkluż. Skond Freeport plc. l-azzjoni kontra Freeport AB hija nieqsa minn kull bażi, peress li fid-dritt Żvediż, kuntratt ma jistax joħloq obbligi fuq parti terza. Konsegwentement ma jkunx hemm ir-riskju ta’ deċiżjonijiet inkompatibbli f’każ fejn l-azzjoni kontra Freeport plc. u dik kontra Freeport AB jiġu deċiżi minn żewġ qrati differenti. Għaldaqstant l-azzjoni diretta kontra din ta’ l-aħħar saret bl-intenzjoni biss li Freeport plc. titressaq quddiem qorti Żvediża.

20.      Is-Sur Arnoldsson irrisponda li l-azzjonijiet intiżi kontra ż-żewġ kumpanniji konvenuti kellhom l-istess bażi kuntrattwali. Skond is-Sur Arnoldsson, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, ir-rappreżentanti ta’ Freeport plc. kienu aġixxew f’isem ta’ din ta’ l-aħħar kif ukoll ta’ Freeport AB, li, ladarba kienet tagħmel parti mill-grupp Freeport, kienet aċċettat l-ordni ta’ ħlas li Freeport plc. kien tatha permezz tal-ftehim. Għaldaqstant, bejn Freeport AB u s-Sur Arnoldsson kien jeżisti, skond dan ta’ l-aħħar, almenu rapport kważi kuntrattwali.

21.      It-tingsrätt di Göteborg ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ kompetenza mressqa minn Freeport plc. Din ta’ l-aħħar appellat kontra din id-deċiżjoni quddiem il-hovrätten för Västra Sverige (il-Qorti ta’ l-Appell ta’ l-Iżvezja tal-Punent) fejn ġiet ikkonfermata.

22.      Għaldaqstant, Freeport plc ressqet quddiem il-Högsta domstolen, li ddeċidiet li kien neċessarju, bil-għan li ssolvi l-kwistjoni, li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

“1) Jekk azzjoni bbażata fuq obbligu ta’ ħlas allegatament responsabbli għalih kumpannija joint stock u li tirriżula minn impenn għandhiex tiġi kkunsidrata bħala talba ta’ natura kuntrattwali għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, anke jekk il-persuna li daħlet għall-impenn, f’dak iż-żmien partikolari la kienet ir-rappreżentanta legali ta’ din il-kumpannija u lanqas kienet awtorizzata minnha.

2) F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: jekk tikkostitwixxi rekwiżit ulterjuri tal-ġurisdizzjoni, barra dawk indikati fl-Artikolu 6(1), li l-azzjoni mressqa kontra l-konvenut quddiem il-qrati ta’ l-Istat fejn għandu domiċilju [residenza] mhijiex intiża għall-uniku skop li tiġi deċiża talba kontra konvenut ieħor minn qorti differenti minn dik li normalment kienet tkun kompetenti.

3) Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: jekk il-probabbiltà li tiġi milqugħa l-azzjoni magħmula kontra l-konvenut quddiem il-qorti ta’ l-Istat fejn għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu għandha tiġi evalwata b’mod differenti fil-mument ta’ twettiq ta’ l-eżami dwar ir-riskju ta’ soluzzjonijiet li mhumiex kompatibbli kif meħtieġ mill-Artikolu 6(1).”

III – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

23.      Skond l-Artikolu 23 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Sur Arnoldsson, Freeport plc. u l-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

IV – Analiżi

A –    Fuq l-ewwel domanda preliminari

24.      Permezz ta’ din l-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkjarifika jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tad-deċiżjoni għar-rinviju, it-talba ppreżentata mis-Sur Arnoldsson kontra Freeport AB għandhiex bażi kuntrattwali.

25.      Jidher mid-deċiżjoni għar-rinviju li tali kwistjoni tirriżulta mill-konstatazzjoni tal-Högsta domstolen li kundizzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 hija l-identità tal-bażi tat-talba ppreżentata kontra l-konvenut li huwa domiċiljat [residenti] fl-Istat membru tal-qorti li tiddeċiedi l-kawża u ta’ dik kontra l-konvenut li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu barra dan l-Istat. Barra minn hekk, jidher ukoll mid-deċiżjoni għar-rinviju li l-qorti kompetenti wasslet għal din il-konvinzjoni mill-qari tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Réunion européenne et (6).

26.      Qabel ma nagħti l-opinjoni tiegħi li hija li l-Högsta domstolen ibbażat ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq hemm lok li tiġi mfakkra r-regoli ta’ azzjonijiet relatati tal-proċeduri fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, li minnha tirriżulta b’mod partikolari l-preċiżazzjonijiet magħmula fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

27.      Kif inhu magħruf, il-kitba attwali ta’ dan l-Artikolu huwa riżultat ta’ l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tat tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni ta’ Brussell fis-sentenza Kalfelis(7), liema interpretazzjoni saret mil-leġiżlatur Komunitarju meta l-leġiżlazzjoni predisposta mill-imsemmija Konvenzjoni daħlet fir-Regolament Nru 44/2001 .

28.      F’din id-deċiżjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat bħala kundizzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell “li jkun hemm azzjoni relatata bejn it-talbiet magħmula kontra kull wieħed mill-konvenuti” (8). Sabiex tidħol iktar fid-dettall dwar il-kwistjoni tat-tip ta’ azzjoni relatata meħtieġa, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li fakkret l-identità tar-ratio bejn il-leġiżlazzjoni ta’ l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ma’ l-ipoteżi ta’ talbiet marbuta mressqa quddiem il-qrati ta’ l-Istati kontraenti differenti (9) u d-dispożizzjoni in kwistjoni, ppreċiżat li din ta’ l-aħħar tapplika “meta t-talbiet mressqa kontra numru ta’ konvenuti huma marbuta fil-mument tal-preżentazzjoni tagħhom, jiġifieri meta jkun hemm interess għal stħarriġ u għal deċiżjoni unika sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet li jkunu eventwalment inkompatibbli jekk il-kawżi jiġu deċiżi separatament(10)”. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li “huwa dover tal-qorti nazzjonali biex tikkontrolla skond kull każ jekk din il-kundizzjoni ġietx sodisfatta(11)”.

29.      Għaldaqstant, skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, aktar minn konvenut wieħed li huma domiċiljati [residenti] fi Stati membri diversi jkunu jitressqu konġuntament quddiem il-qorti tad-domiċilju [residenza] ta’ wieħed minnhom, bil-kundizzjoni li teżisti bejn it-talbiet imressqa kontrihom konnessjoni ta’ rabta adegwata u suffiċjenti. L-eżistenza ta’ tali konnessjoni għandha tidher fil-mument li tingħata d-deċiżjoni(12) u tiġi evalwata b’riferenza għall-ħtieġa ta’ deċiżjoni omoġenja sabiex jiġi evitati deċiżjonijiet li jkunu eventwalment inkompatibbli.

30.      Qabel kollox l-imsemmija konnessjoni teżisti fl-ipoteżi ta’ konġunzjoni tal-partjiet neċessarjament passiva, jiġifieri fejn it-talbiet kontra numru ta’ konvenuti jkunu bejniethom tant marbuta fil-viċin li jkollhom jitressqu fl-istess kawża, id-deċiżjoni eventwali ma tkunx tista’ titħabbar jekk mhux fir-rigward tal-partijiet involuti kollha. Id-dispożizzjoni kkontesta madankollu ma teħtieġx li jkun hemm fost it-talbiet imressqa kontra diversi konvenuti il-grad ta’ relazzjoni relatata li turi l-ipoteżi ta’ konġunzjoni tal-partijiet neċessarja(13), iżda mezz suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-interess li t-talbiet jinstemgħu konġuntament sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet inkompatibbli. Għaldaqstant, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) ukoll sitwazzjonijiet ta’ konġuntament ta’ partijiet fakultattiva, meta t-talbiet għandhom konnessjoni bejniethom minħabba s-suġġett jew it-titolu.

31.      Għandu jiġi rrilevat li peress li la r-Regolament Nru 44/2001 u lanqas il-qorti Komunitarja, matul l-interpretazzjoni ta’ dan l-istess Regolament jew tal-leġiżlazzjoni konvenzjonali preċedenti, ma għamlu deskrizzjoni kompluta tas-sitwazzjonijiet li fihom tqajmet l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1), u limitaw ruħhom li jistabbilixxu l-kamp ta’ applikazzjoni fil-funzjoni ta’ l-għan isegwi, hija l-leġiżlazzjoni proċedurali interna li għandha r-rwol ta’ integrazzjoni tas-suġġett previst mill-imsemmija dispożizzjoni. Fi kliem ieħor hija l-qorti kompetenti, kif barra minn hekk ġie affermat fis-sentenza Kalfelis, iċċitata iktar ’il fuq(14), li għandha tevalwa, fin-nuqqas ta’ regoli komuni fuq bażi ta’ dritt proċedurali partikolari, il-ħtieġa ta’ konċentrazzjoni għall-finijiet ta’ l-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni fil-preżenza ta’ numru ta’ konvenuti.

32.      F’dawn iċ-ċirkustanzi, issa se neżamina r-rilevanza għall-finijiet tas-soluzzjoni għar-rinviju magħmul mill-Högsta domstolen fis-sentenza Réunion européenne et iċċitata iktar ’il fuq(15), għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża pendenti quddiem din il-qorti.

33.      F’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet preliminarjament fuq sensiela ta’ domandi mqajma mill-Cour de cassation Franċiża fuq l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 5(1), 5(3) u 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Dawn id-domandi preliminari tqajmu fil-kuntest ta’ kawża li fiha kumpanniji ta’ assigurazzjoni, subrogati fid-drittijiet ta’ kumpannija Franċiża li rċiviet merkanzija, li nstabet li kellha ħsara fit-tmiem ta’ trasport marittimu u fl-art minn Melbourne sa Rungis, tressaq kawża kontra t-trasportatur kontraenti, b’uffiċċju rreġistrat f’Sidney, kontra l-operatur tal-vapur Olandiż li wettaq it-trasport bil-baħar Melbourne – Rotterdam u kontra l-kaptan tal-vapur, residenti fl-Olanda. It-tribunal de commerce ta’ Créteil, li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu kienet tinsab Rungis, il-post ta’ kunsinna tal-merkanzija, kien iddikjara ruħu li għandu ġurisdizzjoni sabiex jieħu konjizzjoni tat-talba unika mressqa mill-assiguraturi fir-rigward tat-trasportatur Awstraljan li ġarr il-merkanzija, filwaqt li ċaħdet il-kompetenza tagħha fir-rigward tal-konvenuti l-oħra favur il-qorti ta’ Rotterdam, post fejn kienet ġiet eżegwita l-provvista dovuta mit-trasportatur kontraenti, jew ta’ Amsterdam, fejn dan ta’ l-aħħar kellu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. Quddiem il-Cour de cassation, li kienet il-qort kompetenti wara li d-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Kummerċ ta’ Créteil ġiet ikkonfermata mill-Cour d'appel ta’ Pariġi, l-assiguraturi sostnew prinċipalment li, fin-nuqqas ta’ l-aċċertament ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn id-destinatarju tal-merkanzija, minn naħa, u l-operatur u l-kaptan min-naħa l-oħra, il-qrati li ddeċidew fuq il-mertu jmisshom applikaw il-kriterji ta’ rabta ta’ proċedimenti previsti fl-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell fir-rigward ta’ responsabbiltà għal tort u mhux l-Artikolu 5(1), relattiv għall-unika materja li għandha x’taqsam ma’ kuntratt. Sussidjarjament, il-kumpanniji rikorrenti josservaw li t-talbiet kontra diversi konvenuti kellhom bħala suġġett l-istess operazzjoni ta’ trasport u li għaldaqstant il-kawża kellha karattru indiviżibbli.

34.      L-ewwel tliet domandi preliminari kienu bbażati fuq l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 5(1) u (3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u kienu intiżi essenzjalment sabiex jiksbu deċiżjoni mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa fir-rigward tal-bażi kuntrattwali jew mhux kuntrattwali tat-talbiet imressqa mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni kontra l-operatur tal-vapuri Olandiż u l-kaptan tal-vapur, u min-naħa l-oħra, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett tal-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” skond l-Artikolu 5(3).

35.      Permezz tar-raba' domanda preliminari tagħha, l-Cour de cassation staqsiet minflok lill-Qorti tal-Ġustizzja “jekk konvenut li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu fit-territorju ta’ Stat kontraenti jista’ jitħarrek fi Stat kontraenti ieħor quddiem entità ġuridika li quddiemha tressqet domanda diretta kontra konvenut ieħor li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu barra mit-territorju ta’ kwalunkwe Stat kontraenti, safejn il-kawża tippreżenta natura indiviżibbli, u mhux biss ta’ azzjoni relatata.” (16).

36.      Sabiex tirrispondi din id-domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li eskludiet li għandhom jiġu sodisfatti fil-kawża l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell(17), ġibdet l-attenzjoni għal dak li hemm stabbilit fl-Artikolu 6(1) tagħha u ppreċiżat li l-kundizzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-imsemmija dispożizzjoni hija li “il-kawża preżenti [tiġi] mressqa quddiem qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinstab id-domiċilju [residenza] ta’ wieħed mill-konvenuti” (18), liema kundizzjoni mhijiex sodisfatta fil-kawża preżenti (19).

37.      Anki jekk din il-konstatazzjoni kienet biżżejjed fiha nnifisha sabiex teskludi l-invokazzjoni tal-kawża prinċipali għall-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni u li tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet bir-raġunament tagħha billi fakkret il-preċiżazzjoni fis-sentenza Kalfelis, iċċitata iktar ’il fuq(20), u l-preċiżazzjoni li kienet saret f’din ta’ l-aħħar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-imsemmija dispożizzjoni(21). Barra min hekk, hija fakkret il-passaġġ ta’ tali sentenza li fih ġie ddikjarat li qorti kompetenti, skond l-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni, sabiex tieħu konjizzjoni tal-punt tat-talba bbażat fuq atti jew fatti tar-responsabbiltà delittwali mhijiex kompetenti biex tieħu konjizzjoni tal-punti l-oħra ta’ l-istess talba li huma bbażati fuq atti jew atti li huma differenti mir-responsabbiltà delittwali (22). Fil-punt 50 tas-sentenza, li ssemmiet mill-Högtsa domstolen fid-deċiżjoni għar-rinviju li “jirriżulta minn dak li ntqal qabel li żewġ talbiet ta’ l-istess azzjoni għal kumpens ta’ danni, diretti kontra żewġ konvenuti differenti u bbażati, waħda fuq ir-responsabbiltà kuntrattwali, u l-oħra fuq ir-responsabbiltà delittwali, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala marbuta minn rabta ta’ konnessjoni.”  (23).

38.      Minkejja li wieħed jista’ jasal għal interpretazzjoni ta’ din fis-sens ta’ kundizzjoni supplementari li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-intenzjoni tissuġġetta l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jiġifieri ta’ preċiżazzjoni kif ġie affermat fis-sentenza Kalfelis -u huwa f’dan is-sens li ġiet effettivament interpretata mill-qrati ta’ wħud mill-Istati kontraenti – insostni madankollu li din il-konklużjoni għandha tiġi modifikata permezz tat-tqegħid fil-kuntest korrett tagħha.

39.      Fil-fatt, jekk jiġu kkunsidrati l-punti 49 u 50 tas-sentenza msemmija fil-kuntest loġiku tagħhom, is-sens li għandu jiġi attribwit lilhom huwa pjuttost dak li jiġi kkonfermat dak li diġà ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 14, jiġifieri li fis-sistema leġiżlattiva tal-Konvenzjoni, l-azzjoni relatata tista’ tapplika bħala kriterju ta’ attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni li hija għall-benefiċċju biss tal-qorti tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut. B’mod partikolari, jidhirli li f’xi wħud mill-passaġġi l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-intenzjoni tafferma b’mod espliċitu n-nuqqas ta’ rilevanza tal-kompetenza bbażata fuq qrati differenti minn dik tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut sabiex ikun hemm l-għaqda tal-proċeduri magħquda f’każ ta’ parti intervenjenti passiva, u eskludiet li din il-kompetenza tista’ tasal li tgħaqqad bosta talbiet fejn hemm relatati bejniethom fejn din hija ġġustifikata biss fir-rigward ta’ waħda minnhom.

40.      Jirriżulta minn dan li anke r-referenza għall-punt fis-sentenza Kalfelis, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet li l-qorti kompetenti skond l-Artikolu 5(3) tista’ tkun taf b’aspetti li huma bbażati fuq atti jew fatti differenti mill-att delittwali anki dawk imqajma fit-talba. Minn dan jirriżulta wkoll li qorti kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq żewġ talbiet li huma marbuta bejniethom, imressqa kontra konvenuti differenti u li minnhom l-ewwel waħda għandha bażi delittwali u t-tieni waħda għandha bażi kuntrattwali, ma tistax tiddisponi mill-għaqda tagħhom minħabba azzjoni relatata fejn din hija kompetenti skond l-Artikolu 5(3)(24), tal-Konvenzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ l-ewwel domanda iżda ma tiġġustifikax awtomatikament il-kompetenza tagħha fir-rigward tat-tieni domanda (per eżempju fil-każ fejn hemm konnessjoni bejn il-post ta’ eżekuzzjoni ta’ l-obbligu kuntrattwali u l-post fejn sar id-dannu jiġifieri skond il-kriterju ġenerali tal-qorti tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut). Fil-fatt, ir-rabta li teżisti bejn iż-żewġ talbiet mhijiex, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jiġifieri fin-nuqqas ta’ rabta mad-domiċilju [residenza] ta’ wieħed mill-konvenuti, kompetenti sabiex topera kriterju ta’ attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni, u lanqas din ta’ l-aħħar ma tista’ tiġi ġġustifikata fir-rigward ta’ vis attractiva mwettqa mill-kompetenza skond l-Artikolu 5(3), peress li l-ġurisprudenza eskludiet din il-possibbiltà b’mod espliċitu.

41.      Jekk dan huwa s-sinjifikat li għandu jingħata għall-punti 49 u 50 ta’ l-imsemmija sentenza, din ta’ l-aħħar ma teskludix, kuntrarjament ghal dak li ssostni l-qorti tar-rinviju, l-applikabbiltà ta’ l-Artikolu 6(1), tal-Konvenzjoni ta’ Brussell f’każ ta’ konnessjoni ta’ talbiet kuntrattwali u mhux kuntrattwali, għalkemm il-maġġoranza tad-deċiżjonijiet relattivi huma favur il-qorti tad-domiċilju ta’ wieħed mill-konvenuti.

42.      Il-qari tal-punti 49 u 50 tas-sentenza msemmija Réunion européenne, sostnut b’mod ġenerali mill-Kummissjoni, jidher koerenti ma’ dak li diġà ġie affermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Kalfelis u, b’mod iktar ġenerali mas-sistema leġiżlattiva tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (u issa tar-Regolament Nru 44/2001).

43.      Min-naħa, dan jitqajjem minn dak li jirriżulta mis-sentenza Kalfelis, li fuq il-bażi tagħha l-ezistenza ta’ fattur ta’ konnessjoni ta’ rabta bejn il-kawżi, fit-termini speċifikati ta’ din is-sentenza, tikkostitwixxi l-unika kundizzjoni oġġettiva għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1), filwaqt li l-interpretazzjoni proposta mill-qorti tar-rinviju essenzjalment tfisser l-introduzzjoni ta’ kundizzjoni oħra li titlob fil-konfront tal-konvenuti diversi li l-azzjonijiet jkollhom bażi identika.

44.      Min-naha l-oħra, din ma tmurx kontra l-għanijiet segwiti mis-sistema konvenzjonali u mir-Regolament Nru 44/2001 li fosthom hemm l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-ħtieġa ta’ amministrazzjoni korretta tal-ġustizzja u tal-ħtieġa li titkabbar il-ħarsien legali ta’ l-individwu fiż-żona ġuridika Ewropea. Madankollu, fejn minflok qari differenti ta’ l-imsemmija sentenza, kif issuġġerit mill-qorti tar-rinviju, iqajjem ir-riskju li jillimita indebitament li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1), li jfixkel l-għan ta’ jitqasru l-proċeduri mingħajr ma dan jiġi ġġustifikat bil-ħtieġa li titħares l-importanza tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut bħala kriterju ġenerali ta’ attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni jiġifieri li jiġi assigurat il-prevedibbiltà ta’ din ta’ l-aħħar.

45.      Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, insostni li l-ewwel domanda preliminari mqajma mill-qorti tar-rinviju tirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li l-kwistjoni mressqa minnha mhijiex rilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, jekk l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika wkoll f’każ ta’ konnessjoni ta’ talbiet kuntrattwali u mhux kuntrattwali, is-soluzzjoni tal-kwistjoni quddiem il-Högsta domstolen ma teħtieġx li jiġi ddeterminat preliminarjament jekk it-titolu li fuqha hija bbażata t-talba tas-Sur Arnoldsson kontra Freeport AB għandiex jew le natura kuntrattwali.

46.      B’hekk ser ngħaddi sabiex neżamina t-tieni u t-tielet domandi mressqa mill-Högsta domstolen.

B –    Fuq it-tieni u t-tielet domandi preliminari

47.      Permezz tat-tieni u t-tielet domandi preliminari, li fl-opinjoni tiegħi għandhom jkunu eżaminati konġuntament, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, jekk l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 hijiex suġġetta għall-verifika li l-azzjoni pproposta kontra l-konvenut li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu fl-Istat Membru tal-qorti kompetenti ma kinitx intiża bl-uniku skop li ssir deċiża domanda kontra konvenut ieħor minn qorti differenti għal dik li normalment kienet tkun kompetenti (25) u min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: jekk il-possibbiltà li r-rikorrenti ifittex tali għan għandux effett l-evalwazzjoni tal-probabbiltà li tintlaqa’ din it-talba għall-finjiet ta’ l-eżami dwar ir-riskju ta’ soluzzjonijiet inkompatibbli previsti mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001  (26).

48.      Fl-opinjoni tiegħi, dawn id-domandi jqajjmu, f’termini ċertament restritti għall-qasam operattiv tad-dispożizzjoni li dwarha qed tiġi mitluba interpretazzjoni, id-domanda sensittiva fir-rigward tal-limiti ta’ l-użu b’qerq jew abbużiv tal-kriterji ġuridiċi previsti mir-Regolament Nru 44/2001. Mhijiex l-intenzjoni tiegħi, u lanqas ma ser nikkunsidra li huwa neċessarju għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-każ preżenti li neżamina b’termini ġenerali din il-problema, u minħabba dan ser nillimita ruħi sabiex nagħmel riflessjonijiet li huma strettament neċessarji għall-ezami ta’ dawn id-domandi tal-qorti tar-rinviju, għalkemm naf li s-suġġett huwa sensittiv fil-kuntest li fih jinsabu tali riflessjonijiet.

49.      Kif diġà ntqal, is-sistema legiżlattiva tar-Regolament Nru 44/2001 (b-analoġija qabel dik konvenzjonali) il-previżjoni ta’ rabta speċifika ġuridika fil-każijiet ta’ azzjonijiet relatati proċedurali kkunsidrata fl-Artikolu 6(2) hija ġġustifikata mill-għanijiet ta’ tqassir ta’ proċedimenti u tal-konformità tad-deċiżjonijiet.

50.      Barra minn hekk ġie rrilevat li l-parti operattiva ta’ din ir-rabta għandha limitu fil-ħtieġa li tiġi evitata restrizzjoni indebita ta’ l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-kriterju ġenerali tal-qorti tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut, għad-dannu taċ-ċertezza legali tad-determinazzjoni ġuridika, jew fi kliem ieħor sabiex dan isir b’mod indirett u inqas sistematiku s-smigħ tal-kawża fil-qorti tad-domiċilju [residenza] tar-rikorrenti, li għal din is-sitwazzjoni l-legiżlatur Komunitarju (u anki qablu l-Konvenzjoni ta’ Brussell) wera disprezz ċar.

51.      Huwa għaldaqstant fid-dawl tad-diskussjoni bejn l-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tar-rispett għall-importanza tal-qorti tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut bħala kriterju ġenerali ta’ rabta ġuridika li fl-opinjoni tiegħi għandha ssir l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament fir-rigward ta’ azzjonijiet relatati proċedurali.

52.      F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li peress li l-kriterji ta’ rabta previsti fl-Artikolu 6(1) u (2), għall-każijiet b’numru ta’ konvenuti, bħala parti terza f’azzjoni dwar mandat jew garanzija jew f’xi proċedimenti oħra dwar terzi partijiet, huma alternattivi fir-rigward tal-kriterju li jattribwixxi ġurisdizzjoni lill-qorti tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut, ir-rikorrent għandu f’dan ir-rigward għażla li probabbilment juża’ b’kunsiderazzjoni ta’ l-interess tiegħu stess li tinstema' l-kawża f’qorti minnflok f’oħra. Dan huwa effett imnissel mis-sistema leġiżlattiva tar-Regolament u huwa diffiċli li jiġi nnewtralizzat peress li individwu li għandu l-intenzjoni li jressaq kawża fiż-“żona ġuridiku Ewropea” ma jistax jitwaqqaf milli jagħmel użu tal-possibbiltajiet offerti minn tali sistema sabiex jagħżel, b’rispett għar-regoli pprovduti minnha, l-qorti li taqbel l-iktar lilu.(27).

53.      Fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ tali fakulta ta’ għażla, l-istess sistema leġiżlattiva tipprevedi madankollu ċerti mekkaniżmi li jippermettu li tiġi ristretta l-possibbiltà li tintuża b’qerq jew mod abbużiv .

54.      L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in eżami hija qabel kollox suġġetta għal kundizzjoni komuni – li tirrappreżenta barra minn hekk il-limitu prinċipali ta’ l-użu ta’ qrati alternattivi previsti minnhom – li tikkonsisti, b’konformita mar-ratio tagħhom stess, fl-eżistenza ta’ interess effettiv u attwali li jingħaqdu l-kawżi, li għandha tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni magħmula minn naħa tal-qorti li teżamina l-każ skond l-elementi ta’ valutazzjoni oġġettivi inerenti għall-kawżi li titressaq quddiemha, bħal ma huma l-intensità ta’ azzjonijiet relatati li tikkaratterizzhom u l-grad ta’ prossimità mal-qorti.

55.      Fil-kaz ta’ tħarrik bħala parti terza f’azzjoni dwar mandat jew garanzija jew f’xi proċedimenti oħra dwar terzi partijiet li ġeneralment, fihom ir-rabta mat-talba prinċipali tkun intrinsika (28) u li fihom, b’mod kuntrarju għal dak li jiġri fil-każ ta’ kawżi magħquda b’mod passiv li fihom skond l-Artikolu 6(1) il-kawżi tad-deċiżjonijiet ma jingħaqdux neċessarjament quddiem il-qorti tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut jew tat-terz, limitu ulterjuri għall-operazzjoni tal-kriterju relattiv ta’ rabta huwa individwabbli b’mod espress ħlief għall-każijiet fejn jirriżulta li d-domanda principali ġiet ippreżentata biss bi skop li ssir deċiża kawża kontra konvenut ieħor minn qorti differenti għal dik li “normalment kienet tkun kompetenti” (29).

56.      Għandu jiġi rrilevat, li dan il-limitu, li jirriżulta minn dak li huwa stabbilit fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 44/2001, jipprekludi l-applikabbiltà tal-kriterju ta’ rabta ġuridika li toħroġ minn din id-dispożizzjoni kemm fil-każijiet fejn l-użu tagħha tirriżulta qerrieqa, kif ukoll meta tirriżulta li tabbuża d-dritt ta’ għażla li jiddisponi minnha r-rikorrent (30), jiġifieri fejn tintuża għal għan li huwa differenti ghal dak li ingħatalha(31).

57.      Il-Högsta domstolen tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk dan il-limitu japplikax għall-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 anki jekk mhuwiex ipprovdut minnu espressament.

58.      Il-Kummissjoni tissuġġerixxi risposta għal din id-domanda. Hija ssostni li l-Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fejn teżisti konnessjoni ta’ rabta adegwata bejn it-talbiet u kull stħarriġ fir-rigward ta’ l-għanijiet segwiti mir-rikorrenti, din tibqa’ eskluża. Din l-interpretazzjoni ssib konfermazzjoni fis-sentenza Kalfelis, iċċitata iktar ’il fuq(32), li fiha l-kundizzjoni ta’ l-eżistenza ta’ azzjoni relatata bejn it-talbiet ġiet ikkunsidrata bħala utli sabiex teskludi li l-possibbiltà ta’ l-għażla mogħtija lir-rikorrenti mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tkun tista’ tintuża bl-iskop biss sabiex wieħed mill-konvenuti ma jitressaqx quddiem il-qorti fejn għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu (33).

59.      Ma naqbilx ma’ l-interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni.

60.      Qabel kollox, ma naqbilx mal-qari tas-sentenza Kalfelis. Fl-opinjoni tiegħi, minn tali deċiżjoni jista’ jiġi mifhum biss l-intenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistabbilixxi preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ eżistenza ta’ qerq jew abbuż fejn teżisti rabta ta’ konnessjoni mitluba minnha (34). F’sentenza sussegwenti, barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja wriet b’mod ċar li tikkunsidra li din il-preżunzjoni tista’ tiġi kkontestata fejn iċ-ċirkustanzi jippermettu li jigi aċċertat l-użu b’qerq jew abbużiv tal-kriterju ta’ rabta ġuridika previst mid-dispożizzjoni kkontestata(35).

61.      L-interpretazzjoni ssuġġerita mill-Kummisjoni tmur kontra wkoll id-dikjarazzjoni li l-eżistenza ta’ fattur ta’ azzjoni relatata bejn it-talbiet kif mitlub mill-Artikolu 6(1), tar-Regolament Nru 44/2001, jekk tassigura applikazzjoni tar-regola skond ir-ratio tagħha, madankollu ma teskludix il-possibbiltà għar-rikorrenti li tuża dan it-titolu ta’ ġurisdizzjoni previst minn din id-dispożizzjoni bl-iskop biss li ma jħallix lil wieħed mill-konvenuti milli jitressaq quddiem il-qorti ta’ l-Istat membru fejn għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu u għaldaqstant ma teliminax ir-riskju li l-użu b’qerq jew abbużiv tagħha. Per eżempju dan jista’ jseħħ meta titħarrek persuna quddiem il-qorti tad-domiċilju [residenza] ta’ konvenut fittizzju li kontrih tressqet talba li, għalkemm hija oġġettivament marbuta ma' dik ippreżentata kontra l-konvenut l-ieħor, hija manifestament nieqsa minn kull bażi jiġifieri hija nieqsa minn kull interess reali għar-rikorrent(36).

62.      Ghaldaqstant, l-opinjoni tiegħi hi li l-kamp ta’ applikazzjoni tar- regoli uniformi dwar kunflitt ta’ liġijiet previst mir-Regolament Nru 44/2001 jiltaqa’ ma’ limitu ġenerali “fil-qerq tal-ġurisdizzjoni”, li jseħħ fejn l-applikazzjoni ta’ l-imsemmija regoli tkun il-konsegwenza ta’ att tar-rikorrent li jkollha bħala għan u effett li tneħħi r-relazzjoni li hija s-suġġett ta’ din il-kawża lill-qrati ta’ Stat membru jiġifieri tqiegħed id-deċiżjoni f’idejn il-qrati ta’ Stat membru li, fin-nuqqas ta’ tali att ma kinux ikunu kompetenti. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-applikazzjoni ta’ tali limitu, fir-rigward tal-każijiet fejn il-qerq jitwettaq permezz ta’ manipulazzjoni tal-kriterji ta’ rabta li hija tali li toħloq titolu ta’ ġurisdizzjoni artifiċjali(37).

63.      Madankollu hija iktar delikata l-kwistjoni(38) dwar jekk huwiex possibbli li tiġi rikonoxxuta fis-sistema leġiżlattiva tar-Regolament Nru 44/2001, projbizzjoni ġenerali mill-użu abbużiv tad-dritt ta’ għażla tal-qorti u jekk tali użu jipprojbixxix li tapplika ġurisdizzjoni, li għaldaqstant tillimita l-applikazzjoni tar-regoli uniformi dwar kunflitt ta’ liġijiet(39), jew jekk ikollhiex impatt biss fuq l-ammissibbiltà ta’ l-azzjoni(40), bla ħsara għad-distribuzzjoni tal-kompetenza mwettqa skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

64.      Kif semmejt qabel, m’għandix l-intenzjoni li nidħol fid-dettall fuq din il-kwistjoni f’din l-okkażjoni. Fil-fatt, għalkemm kif diġà ġie rrilevat, il-projbizzjoni li hija suġġetta għaliha l-applikazzjoni tar-rabta ġuridika prevista fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 44/2001 hija fformulta b’tali mod li tkopri kemm il-każijiet ta’ qerq kif ukoll dawk ta’ abbuż tad-dritt ta’ l-għażla tal-qorti, ma nara l-ebda raġuni konnessa b’mod partikolari mal-ħtiġijiet ta’ applikazzjoni uniformi u l-interpretazzjoni awtonoma tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li tostakola l-applikazzjoni tagħha wkoll l-każijiet possibbli li l-Artikolu 6(1) għandu l-għan li jirregola.

65.      Estenzjoni analoga tal-projbizzjoni li fl-Artikolu 6(2), barra li diġà giet sostnuta b’mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja (41), tippermetti b’mod partikolari l-esklużjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1), f’sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni naturali tagħha jiġifieri l-invokazzjoni ta’ ġurisdizzjoni prevista minnha fejn tirriżulta intiża sabiex tissodisfa interessi li ma ħaqqhomx protezzjoni.

66.      Fir-rigward tal-verifika tar-rispett ta’ tali projbizzjoni, hija l-qorti kompetenti li għandha taċċerta jekk ir-rikors għall-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, minkejja l-azzjoni relatata oġġettiva bejn it-talbiet magħmula kontra numru ta’ konvenuti, għandux biss l-iskop li jneħħu minnhom mill-qorti tad-domiċilju [residenza] proprju tiegħu. Madankollu, insostni li huwa neċessarju nżid f’dan ir-rigward li ma jidhirx li huwa element suffiċjenti sabiex tiġi aċċertata l-intenzjoni qerrieqa jew abbużiva tar-rikorrent, b’riskju ta’ restrizzjoni indebitata tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni, il-fatt li l-azzjoni diretta kontra konvenut li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu fl-Istat membru tal-qorti kompetenti tidher mhux fondata, meta din ta’ l-aħħar suppost għandha tidher, fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha, manifestament nieqsa minn kull bażi – sa tali punt li tirriżulta artifiċjali – jew nieqsa minn kull interess reali għar-rikorrent.

67.      Għaldaqstant, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, ma jidhirlix li l-azzjoni ntiża mis-Sur Arnoldsson kontra Freeport plc. tippreżenta dawn il-karatteristiċi.

68.      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ntqalu nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tirrispondi għat-tieni domanda preliminari kif ġej:

“L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil rikorrent li jipproponi talbiet kontra numru ta’ konvenuti bl-uniku skop li ma jħallix lil wieħed mill-konvenuti milli jitressaq quddiem il-qorti ta’ l-Istat membru fejn għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu anke meta t-talbiet ikunu marbuta hekk mill-qrib li jkun aktar espedjenti li jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex jevitaw ir-riskju ta’ ġudizzji irrikkonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati”.

69.      Fir-rigward tat-tielet domanda preliminari, peress li ġiet ifformulata f’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda u peress li s-suġġeriment tiegħi lill-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tirrispondi b’mod affermattiv għal din id-domanda, ser nillimita ruħi biex nosserva li l-eżami fir-rigward tar-riskju ta’ deċiżjonijiet inkompatibbli li l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jitlob lill-qorti kompetenti għandu jsir b’kunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għal dan il-għan.

70.      Bħall-Kummissjoni, insostni li dan l-esami jista jinkludi evalwazzjoni tal-possibbiltà li t-talba ppreżentata kontra l-konvenut li għandu d-domiċilju [domiċilju] tiegħu fl-Istat tal-qorti kompetenti tintlaqa’. Madankollu, ma naħsibx li dan għandu jkollu rilevanza konkreta prattika sabiex jiġi eskluż ir-riskju ta’ deċiżjonijiet inkompatibbli, anki jekk, ħlief f’każijiet partikolari li fihom tali domanda tirriżulta manifestament inammissibbli jew nieqsa minn kull bażi.

71.      Madankollu, għandi nenfasizza li dan l-argument jidher li jmur kontra l-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Reisch Montage, iċċitata iktar ’il fuq, fejn din eskludiet li l-inammissibbiltà manifesta tat-talba ppreżentata kontra l-konvenut li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu fl-Istat Membru tal-qorti kompetenti minħabba raġuni ta’ inammissibbiltà prevista mid-dritt nazzjonali tista’ jkollha impatt fuq l-invokabbiltà ta’ ġurisdizzjoni, fost din l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 fir-rigward ta’ konvenut li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu fi Stat membru ieħor (42).

V –    Konklużjonijiet

72.      Fid-dawl ta’ dak li ntqal, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari mressqa mill-Högsta domstolen kif ġej :

“L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil rikorrent li jressaq talbiet kontra numru ta’ konvenuti bl-uniku skop li jneħħi wieħed minn dawn minn quddiem il-qrati ta’ l-Istat membru fejn dan għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu anke meta dawn it-talbiet ikunu marbuta hekk mill-qrib li jkun aktar espedjenti li jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex jevitaw ir-riskju ta’ ġudizzji irrikkonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati dawn it-talbiet.”


1 – Lingwa oriġinali: it-Taljan.


2 – ĠU L 12, 2001, p. 1.


3 – Ara b’mod partikolari, il-ħames u d-dsatax-il premessa tar-Regolament.


4 – Ir-Regolament Nru 44/2001 jorbot lill-Istati membri kollha b’eċċezzjoni tad-Danimarka li ma eżerċitatx il-faklutà ta’ l-"opting-in" prevista mill-Protokoll Nru 5 anness mat-Trattat dwar l-Unjoni u t-Trattat KE fir-rigward ta’ l-atti Komunitarji adottati skond it-Titolu IV tat-Trattat. Fil-każ tagħha għaldaqstant jibqa’ japplika l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali tad-19 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 299, p. 62) li estenda għad-Danimarka l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell I. Madankollu, l-imsemmi Regolament jorbot mill-bidu lir-Renju Unit u lill-Irlanda li skond il-Protokoll Nru 4 jgawdu mill-fakultà ta’ "opting-in" wara d-dikjarazzjoni ta’ l-adeżjoni tagħhom.


5 – Ftehim simili dwar is-siti Franċiżi ġie konkluż fl-istess ġurnata bejn Freeport plc., Trading Placet ltd. u Villages des Marques.


6 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 1998, C-51/97 (Ġabra p. I-6511).


7 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-27 ta’ Settembru 1988, 189/87, Kalfelis vs Schröder, (Ġabra p. 5565).


8 – Punt 9. Il-Qorti tal-Ġustizzja wasslet għal din l-interpretazzjoni wara li għamlet il-premessa li l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jikkostitwixxi eċċezzjoni għall-prinċipju tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tad-domiċilju [residenza] tal-konvenut u "li għandu jiġi interpretat b’tali mod li ma jippreġudikax l-eżistenza stess tal-prinċipju", sitwazzjoni "li tista’ ssir realtà fejn ir-rikorrenti jkollu l-fakultà li jressaq quddiem qorti numru ta’ konvenuti biss sabiex ineħħi wieħed minn dawn il-konvenuti mill-ġurisidzzjoni tal-qorti fejn jirirsjedi".


9 – Fil-preżenti l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 44/2001.


10 - Punt 12.


11 - Punt 12.


12 – Ara s-sentenza Kalfelis, punt 12,.


13 – F’dan is-sens, ara l-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Darmon fil-kawża Kalfelis, iċċitata iktar ’il fuq, punt 8.


14 – Ara punt 12.


15 - Punt 6


16 – Punt13.


17 – Punti 38 - 41.


18 – Punt 44.


19 – Punt 45 tal-motivi. Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li "l-għan ta’ ċertezza tad-dritt segwit mill-Konvenzjoni ma kienx jintlaħaq jekk il-fatt li qorti ta’ Stat kontraenti rrikonoxxiet lilha nfisha bħala kompetenti quddiem wieħed mill-konvenuti li m’għandux id-domiċilju [residenza] tiegħu fi Stat kontraenti tippermetti t-taħrik ta’ konvenut ieħor, li għandu d-domiċilju [residenza] tiegħu fi Stat kontraenti, quddiem l-istess qorti, barra s-sitwazzjonijiet previsti mill-Konvenzjoni u b’hekk li ċċaħdu mir-regoli ta’ protezzjoni stabbiliti minnha" (punt 46 tal-motivi).


20 – Nota 7.


21 – Punti 47 u 48.


22 – Punt 49.


23 – Punt 50 tal-motivazzjoni.


24 – Iżda dan japplika b’mod ġenerali fil-każijiet kollha fejn il-kompetenza hija individwata fuq il-bażi ta; kriterji ta’ konnessjoni indipendentement mid-domiċilju [residenza] tal-konvenut.


25 – L'Högsta domstolen tagħmel domanda preliminari fir-rigward ta’ l-Artikolu 6(2) li fih din id-domanda hija espressament prevista.


26 – Lil hinn mill-formulazzjoni mhuz ċara adottata fuq il-punt tad-deċiżjoni għar-rinviju, jidhirli li l-kontenut tat-tielet domanda u l-artikolazzjoni tagħha mad-domanda preċedenti jistgħu jitgħaqdu b’mod korrett bit-termini li hemm iktar ’il fuq.


27 – F’ċerti limitazzjonijiet, il-forum shopping inkluż, skond id-definizzjoni mogħtija mill-Avukat Ġenrali Ruiz-Jarabo Colomer, bħala "l-elezzjoni ta’ qorti fir-rigward tal-vantaġġi li jistgħu jittieħdu mid-dritt sustanzjali (jew anke proċesswali) applikat" (ara l-konklużjonijiet ippreżentati fis-16 ta’ Marzu 1999, fil-kawża C-440/97, GIE Groupe Concord et, Ġabra p. II-3837, u b’mod partikolari p. I-6309. punt 10), huwa bla dubju legali.


28 – Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Mejju 2005, C-77/04, GIE Réunion européenne et (Ġabra p. I 4509, punt 30) u l-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Jacobs ippreżentati fl-24 ta’ Frar 2005 fl-imsemmija kawża, punt 32.


29 – Fis-sentenza GIE Réunion européenne et iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li ssostni li tali kundizzjoni hija sodisfatta fejn jeżisti fattur ta’ azzjoni relatata bejn it-talba prinċipali u t-tħarrik bħala parti terza. Madankollu, kif se jkun iktar ċar iktar ’il quddiem, mhux dejjem l-eżistanza ta’ din il-konnessjoni hija biżżejjed sabiex jiġi eskluż l-qerq u l-abbuż tal-kompetenza.


30 – Id-duttrina qisha tirikonoxxi li l-għażla bejn id-diversi kriterji ta’ rabta li minnhom jibbenefika r-rikorrent skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, tiffurma dritt suġġettiv reali u proprju, korollarju tad-dritt għal rimedju ġuridiku effettiv.


31 – Jiġifieri r-rikorrent ikun jista’ jkollu protezzjoni legali aħjar tad-drittijiet tiegħu permezz tal-possibbiltà li jikkonċentra f’deċiżjoni waħda t-talbiet konnessi fir-rigward ta’ persuni differenti.


32 – Punt 7.


33 – Ara punti 8 u 9.


34 – L-istess preżunzjoni tidher li ġiet aċċettata wkoll fis-sentenza GIE Réunion européenne et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28 (ara punti 32 u 33).


35 – Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 2006, C 103/05, Reisch Montage (Ġabra p. I 6827), li fiha, fil-punt 32, il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar li, "r-regola ta’ ġursidizzjoni speċjali msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 ma għandhiex tiġi interpretata b’tali mod li hi tista’ tippermetti lil rikorrent li jagħmel talba kontra numru ta’ konvenuti bil-għan biss li jeżenta wieħed minn dawn mill-qrati ta’ l-Istat Membru fejn huwa ddomiċiljat ", u teskludi madankollu li dan jista’ jseħħ fil-kawża prinċipali. Id-domanda preliminari kienet fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qorti Awstrijaka, li kellha bħala suġġett żewġ talbiet distinti, l-ewwel waħda kontra konvenut, domiċiljat [residenti] fl-Awstrija, li kontrih kienet preċedentement infetħet proċediment għal falliment, u t-tieni kontra l-kumpannija li kienet garanti għal dan ta’ l-aħħar. Peress li t-talba magħmula kontra l-ewwel konvenut ġiet iddikjarata inammissibbli minħabba r-raġuni ta’ inammissibbiltà li kienet konsegwenza ta’ l-istat tal-falliment prevista mid-dritt nazzjonali, il-qorti tar-rinviju staqsiet jekk, f’tali ċirkustanzi, ir-rikorrent setax b’mod leġittimu jinvoka l-Artikolu 6(1) sabiex jiġġustifika l-kompetenza tal-qorti li kellha konjizzjoni fir-rigward tat-tieni konvenut. Għalkemm iż-żewġ talbiet kienu marbuta b’mod li ma setax jiġi kkontestat, il-Qorti tal-Ġustizzja xorta waħda ħalliet x’jinftiehem b’mod ċar li l-kompetenza tal-qorti li għandha konjizzjoni tal-każ fis-sens ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 tista’ titneħħa fejn hemm id-dubju li ġiet invokata b’mod abbużiv. Iċ-ċirkustanza li waslet lill-Qorti tal-Ġustizzja biex teskludi f’dan il-każ din l-ipoteżi, u dak li jirriżulta mill-qari tad-deċiżjoni għar-rinviju, kienet, fil-fatt, in-nuqqas ta’ provi dwar l-għarfien tar-rikorrenti dwar l-istat ta’ falliment, u dwar il-mala fede tiegħu.


36 – B’hekk, per eżempju, l-invokazzjoni tat-titolu ta’ ġurisdizzjoni li fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 setgħet tiġi kkontestata fid-deċiżjoni nazzjonali fl-oriġini tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Reisch Montage, iċċitata fil-punt preċedenti, kieku kienet ġiet aċċertata l-mala fede tar-rikorrent.


37 – Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-20 ta’ Frar 1997, C-106/95, MSG (Ġabra p. I 911), dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Fil-punt 31 tal-motivazzjoni l-Qorti tal-Ġustizzja tirrileva li "għalkemm il-partijiet huma liberi bix jiftiehmu fuq il-post ta’ eżekuzzjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali li huwa differenti minn dak li jista jiġi ddeterminat permezz tal-liġi fis-seħħ għall-kuntratt, minħajr ma jkollhom l-obbligu jirrispettaw ħtiġijiet formali partikolari, madankollu dawn ma jistgħux, b’kunsiderazzjoni tas-sistema stabbilita mill-Konvenzjoni, bl-uniku skop li jiddeterminaw qorti kompetenti, jiffissaw post ta’ eżekuzzjoni li m’għandu l-ebda rabta effettiva mal-materja tal-kuntratt u li fih l-obbligi li joħorġu mill-kuntratt stess ma jistgħux jitwettqu fuq il-bażi tat-termini ta’ dan ta’ l-aħħar." Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-4 ta’ Lulju 1985, 220/84, Malhé (Ġabra p 2267).


38 – Din il-kwistjoni tidħol fil-kuntest iktar ġenerali tal-mekkaniżmi li jippermettu r-rrilevar u t-tneħħija ta’ l-użu abbużiv tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament u, b’mod definittiv, li topponi dak li ġie ddefinit bħala forum shopping malus. Il-ħtieġa li jiġi ggarantit l-effett utli u l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fl-ewwel lok u tar-Regolament Nru 44/2001fit-tieni lok u, billi titħalla lill-kriterji ta’ rabta użati minn tali dispożizzjonijiet valur oġġettiv – neċessarja għall-finijiet ta’ assigurazzjoni tat-tbassir ta’ ġurisdizzjoni – wassal lill-Qorti tal-Ġustizzja li żżomm fir-rigward ta’ aproċċ partikolarment ta’ kawtela, li ma naqasx li jqajjem kritiki fid-duttrina. Ara, b’mod partikolari, s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ April 2004, C 159/02, Turner (Ġabra p. I 3565), dwar "anti-suit injunctions", u tad-9 ta’ Diċembru 2003, C-116/02, Gasser (Ġabra p. I 14693), fir-rigward ta’ lis alibi pendens.


39 – Bħal fil-każ ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 44/2001 u qabel tal-Konvenzjoni ta’ Brussell.


40 – Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li d-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ talba taqa’ taħt id-dritt proċedurali nazzjonali, bl-uniku limitu li l-applikazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar m’għandux jikkomprometti l-effett utli tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti mill-Konvenzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Mejju 1990, C 365/88, Hagen, Ġabra p. I 1845, punti 17 u 20).


41 – Ara s-sentenza Reisch Montage ċċitata iktar ’il fuq, punt 35.


42 – F’sens oppost kienu l-konklużjonijiet preżentati f’din kawża mill-Avukat Ġenerali Ruoz-Jarabo Colomer.