Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – CH vs Il-Parlament

(Kawża F-129/12) 1

(Servizz pubbliku – Assistenti parlamentari akkreditati – Rexissjoni antiċipata tal-kuntratt – Talba għal assistenza – Fastidju psikoloġiku)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CH (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u E. Taneva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tagħha intiża għar-rikonoxximent ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-19 ta’ Jannar 2012, li ssir rexissjoni tal-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat ta’ CH hija annullata.Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għall-assistenza ta’ CH tat-22 ta’ Diċembru 2011 hija annullata.Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CH is-somma ta’ EUR 50 000.Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ CH.