Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2021 – Sympatex Technologies vs EUIPO – Liwe Española (Sympathy Inside)

(Kawża T-372/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sympatex Technologies GmbH (Unterföhring, il-Germanja) (rappreżentant: E. Strauß, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Liwe Española, SA (Puente Tocinos, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sympathy Inside – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 286 106

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2021 fil-Każ R 1777/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 16 286 106 “Sympathy Inside” (trade mark verbali) fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________