Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)

(Kawża T-367/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Sushi&Food Factor sp. z o.o. (Robakowo, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea READY 4YOU – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 210 977

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2021 fil-Każ R 2273/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tagħti sentenza definittiva billi tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 210 977;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2021 fil-Każ R 2273/2020-5 u tibgħat lura l-każ biex dan jiġi deċiż mill-ġdid;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll quddiem id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) u (ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, tal-obbligu ta’ motivazzjoni, u tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament.

____________