Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2021 – Bambu Sales vs EUIPO (BAMBU)

(Kawża T-342/21)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Bambu Sales, Inc. (Secaucus, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Stein, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BAMBU – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 105 815

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2021 fil-Każ R 1702/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________