Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 – Hecht Pharma vs EUIPO – Gufic Biosciences (Gufic)

(Kawża T-346/21)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hecht Pharma GmbH (Bremervörde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Sachs u J. Sachs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gufic Biosciences Ltd. (Mumbai, l-Indja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Gufic” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 613 044

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2738/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrevoka t-trade mark tal-Unjoni Nru 8 613 044 “Gufic”, anki fir-rigward tal-klassi 5 “prodotti mediċinali”;

tikkundanna lil Gufic Biosciences Ltd. għall-ispejjeż tal-kawża u tal-proċedimenti preliminari.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________