Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2021 – documentus Deutschland vs EUIPO - Reisswolf (REISSWOLF)

(Kawża T-374/21)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: documentus Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Weller, V. Wolf u A. Wulff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Reisswolf Akten- und Datenvernichtung GmbH & Co. KG (Hamburg)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “REISSWOLF” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 791 751

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2354/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2019 fi proċedimenti ta’ kanċellazzjoni (nullità) Nru 17 081 C dwar it-trade mark tal-Unjoni REISSWOLF, Nru 5 791 751;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(2) flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________