Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-23 ta’ Diċembru 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59462 (2020/N) – Il-Greċja – COVID-19: Kumpens għad-danni għal Aegean Airlines 1 ; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(2)(b) TFEU u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-istħarriġ tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna fir-rigward tad-dannu kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li fuqhom hija bbażata l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin tmenin (jiġifieri, in-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment) u tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 2 .

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret id-dmir ta’ motivazzjoni tagħha

____________

1 ĠU 2021 C 122, p. 15.

2 Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008 L 293, p. 3).