Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 – Plusmusic vs EUIPO – Groupe Canal + (+music)

(Kawża T-344/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Plusmusic AG (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Maier u A. Spieß, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea +music – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 482 571

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ April 2021 fil-Każ R 1236/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonferma l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi evalwa b’mod żbaljat il-paragun viżiv tas-sinjali;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi evalwa b’mod żbaljat il-karattru distintiv ta’ sinjali bil-forma ta’ salib preċedenti;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi evalwa b’mod żbaljat il-probabbiltà ta’ konfużjoni.

____________