Language of document : ECLI:EU:T:2021:497


 


 



Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tat30 ta’ Lulju 2021 –
Puigdemont i Casamajó et vs IlParlament

(Kawża T272/21 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Privileġġi u immunitajiet – Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Membru tal-Parlament – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(1) u (2))

(ara l-punt 31)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 33–36)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-parti li titlob il-miżura provviżorja

(Artikolu 278 TFUE)

(ara l-punti 39, 40)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Ksur mill-att ikkontestat ta’ regola superjuri tad-dritt – Kundizzjoni mhux sodisfatta awtomatikament – Oneru tal-prova

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(2))

(ara l-punt 42)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew P9_TA(2021)0059, P9_TA(2021)0060 u P9_TA(2021)0061 tad‑9 Marzu 2021 fuq it-talba ta’ tneħħija tal-immunità tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-2 ta’ Ġunju 2021, Puigdemont i Casamajó et vs Il‑Parlament (T‑272/21 R) huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż tal-partijiet prinċipali huma rriżervati.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.