Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2013 – ZZ et vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-105/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: A. Coolen, J-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri, tat-13 ta’ Diċembru 2012, li l-kwistjoni ma titressaqx quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tintalab teżamina jekk S., li dak iż-żmien kienet membru tal-Qorti tal-Awdituri, kinitx waqfet tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa jew l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tagħha, u li ma tingħatax deċiżjoni dwar l-ilmenti tar-rikorrenti, li ma tittieħed ebda miżura ta’ natura li tirrikonoxxi b’mod pubbliku l-fastidju li tiegħu huma kienu vittmi, is-sofferenzi tagħhom, u li jittieħdu miżuri ta’ natura sabiex jiġu integrati mill-ġdid ir-reputazzjoni leża tagħhom, il-kredibbiltà tagħhom u d-dinjità tagħhom u li jingħataw kumpens għad-dannu morali u materjali subit.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Qorti tal-Awdituri, bħala Awtorità tal-Ħatra, li ma tingħatax deċiżjoni dwar l-ilmenti tar-rikorrenti, li ma tittieħed ebda miżura ta’ natura li tirrikonoxxi b’mod pubbliku l-fastidju li tiegħu huma kienu vittmi, is-sofferenzi tagħhom, u li jittieħdu miżuri ta’ natura sabiex jiġu integrati mill-ġdid ir-reputazzjoni leża tagħhom, il-kredibbiltà tagħhom u d-dinjità tagħhom u li jingħataw kumpens għad-dannu morali u materjali subit;

jikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.