Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Banco Santander vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Selettività – Sistema ta’ riferiment – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament – Impriżi benefiċjarji tal-miżura – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement minn J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Banco Santander, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 195, 17.7.2010.