Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Mejju 2010 - Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-225/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendia Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS (test ikkodifikat tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), jinkludi elementi ta' għajnuna mill-Istat

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta japplika għal akkwist ta' ishma li jirriżulta fi ksib ta' kontroll, jinkludi elementi ta' għajnuna mill-Istat, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkonċernata minn dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawżi T-219/10, Autogrill España vs Il-Kummissjoni, u T-221/10, Iberdrola vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu l-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-kuntest tal-imsemmija kawżi.

B'mod konkret, ir-rikorrenti tinvoka żbalji ta' liġi fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat u fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-imsemmija miżura.

____________