Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2012 - Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI - Ceramicas del Foix (Rock & Rock)

(Kawża T-436/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ceramicas del Foix, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10ta' Lulju 2012, fil-Każ R 495/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurativa "Rock & Rock", għall-prodotti fil-klassijiet 2, 19 u 27 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3468774

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: It-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienet ibbażata fuq raġunijiet relattivi għal rifjut skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. L-applikanti għall-kanċellazzjoni invokat id-drittijiet preċedenti li ġejjin: Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30229274 tat-trade mark verbali "Rock", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 6, 7, 8, 17, 19, 37 u 42; Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30212141 tat-trade mark verbali "MASTERROCK", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 17, 19 u 37; Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 39920622 tat-trade mark verbali "FIXROCK", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17 u 19; Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 2078534 tat-trade mark verbali "FLEXIROCK", għal prodotti u servizzi fil-klassi 19; Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 39732094 tat-trade mark verbali "COVERROCK", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 17 u 19; Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30306452 tat-trade mark verbali "CEILROCK", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17 u 19

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________