Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 – Equinix (Germany) vs UASI – Acotel (ancotel.)

(Kawża T-443/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ancotel. – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ACOTEL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Equinix (Germany) GmbH, li kienet ancotel GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Truelsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Acotel SpA (Ruma, l-Italja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1895/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acotel SpA u ancotel GmbH, li saret Equinix (Germany) GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Equinix (Germany) GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.