Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Mejju 2021 – A1 u A2 vs I

(Kawża C-352/21)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A1 u A2

Konvenut: I

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 16(5) tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assigurazzjoni ta’ opri tal-baħar rikreazzjonali li ma jintużawx għall-finijiet kummerċjali taqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 16(5) ta’ dan ir-regolament u, għaldaqstant, kuntratt ta’ assigurazzjoni li jinkludi klawżola dwar l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni li tidderoga mill-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament huwa validu skont l-Artikolu 15(5) tal-istess regolament?

____________

1 ĠU 2012, L 351, p. 1