Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2010 - ara vs UASI - Allrounder (Rappreżentazzjoni ta' żarbuna tal-isports bl-ittra A fil-ġenb)

(Kawża T-397/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ara AG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allrounder SARL (Sarrebourg, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 1543/2009-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Allrounder SARL.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta żarbuna tal-isports bl-ittra "A" fil-ġenb, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali nazzjonali "A" għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li l-Bord tal-Appell ipproċeda b'mod żbaljat meta bbaża ruħu fuq il-fatt li l-organizzazzjoni tal-uffiċċju kif deskritta mir-rappreżentanti ma pprovatx li kienet intużat id-diliġenza kollha meħtieġa f'dawn iċ-ċirkustanzi, u għalhekk il-Bord tal-Appell ċaħad l-applikazzjoni għal restitutio in integrum fir-rigward tat-terminu għall-preżentata ta' aggravji.

____________

1 - Regolament tal Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas 26 ta' Frar 2009, dwar it trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).