Language of document : ECLI:EU:T:2018:785


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 – Banco Santander vs Il-Kummissjoni

(Kawża T227/10)

“Għajnuna mill-Istat – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jammortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Selettività – Sistema ta’ riferiment – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament – Impriżi benefiċjarji tal-miżura – Aspettattivi leġittimi”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eżami tal-mertu qabel l-eżami tal-ammissibbiltà – Ammissibbiltà

(ara l-punti 23, 24)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Qafas ta’ referenza sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ – Delimitazzjoni materjali – Kriterji – Eżistenza ta’ rabta bejn is-suġġett tal-miżura inkwistjoni u dak tal-qafas ta’ referenza – Natura komparabbli tas-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura inkwistjoni u dawk li jaqgħu taħt il-qafas ta’ referenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 50 sa 52, 82, 85, 89 sa 93)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Miżura ta’ natura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha – Miżura li ma tapplikax għal tranżazzjonijiet komparabbli għal dawk li għalihom tingħata – Miżura li tista’ tiġi kklassifikata bħala selettiva

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 69)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Qafas ta’ referenza sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ – Delimitazzjoni materjali – Miżura li tikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza tagħha stess – Kundizzjonijiet – Sistema fiskali ddelimitata b’mod ċar li ssegwi għanijiet speċifiċi – Assenza – Natura sistematika u ġenerali tal-miżura

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 114 sa 119)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Differenzazzjoni bejn impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Paragun fid-dawl tal-għan imfittex mis-sistema fiskali komuni fl-intier tagħha

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 130 sa 136)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Miżura intiża li timplimenta għan li jaqa’ taħt il-mekkaniżmi inerenti għas-sistema fiskali ġenerali – Natura xierqa – Portata tal-oneru probatorju

(Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999)

(ara l-punti 153 sa 159, 163, 177, 185, 186, 193, 198)

7.      Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Kriterju oġġettiv – Kundizzjoni mhux sodisfatta – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 208)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 211, 236)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Tgawdija effettiva – Evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 225 sa 234)

10.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni oġġettiva, irrispettivament mill-aġir tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmi aġir fil-kuntest tal-eżami tal-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna inkompatibbli – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

(Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14)

(ara l-punti 245 sa 259)

11.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali previsti fl-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Assenza ħlief għal ċirkustanzi eċċezzjonali – Aspettattivi leġittimi mnissla minn garanziji speċifiċi, inkundizzjonati u konkordanti mogħtija mill-Kummissjoni – Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali li temmet dawn l-aspettattivi leġittimi

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE)

(ara l-punti 261 sa 284)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banco Santander, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.