Language of document : ECLI:EU:T:2017:22





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Jannar 2017 – Rath/EUIPO – Portela & Ca. (Diacor)

(Kawża T-258/08)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Diacor – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Diacol PORTUGAL – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Provi redatti f’lingwa li ma hijiex il-lingwa tal-proċedura – Regola 22(4) tar- Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret ir-Regola 22(6) tar-Regolament Nru 2868/95, kif emendat) – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu parzjali – Effett – Kunċett ta’ “parti mill-prodotti jew mis-servizzi” imsemmija fir-reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(2) u (3))

(ara l-punti 34, 35)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 49)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 51)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 53, 55-57, 66)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali Diacor u trade mark figurattiva Diacol PORTUGAL

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 69-74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ April 2008 (Każ R 1630/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Portela & Ca. u M. Rath.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Matthias Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż.