Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (COLLIBRA u collibra)

(Kawżi T-128/20 u T-129/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjonijiet għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali COLLIBRA u figurattiva collibra – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Kolibri – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Dritt għal smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Collibra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Renck, I. Junkar u A. Bothe, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hans Dietrich (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Träger, avukat)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2019 (Każijiet R 737/2019-1 u R 738/2019-1), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn H. Dietrich u Collibra.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-128/20 u T- 129/20 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Collibra hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 129, 20.4.2020.