Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Henry Cotton’s Brand Management vs EUIPO – Industries Sportswear (Henry Cotton’s)

(Kawża T-173/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ revoka ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kanċellazzjoni ta’ entrati – Kanċellazzjoni ta’ entrata fir-Reġistru vvizzjata bi żball manifest imputabbli lill-EUIPO – Trade mark inkluża fi proċedura ta’ insolvenza – Reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark – Infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi ta’ proċedura ta’ falliment jew ta’ proċeduri analogi – Kompetenza tal-EUIPO – Obbligu ta’ diliġenza – Artikoli 20, 24, 27 u 103 tar Regolament (UE) 2017/1001 – Artikoli 3, 7 u 19 tar Regolament (UE) 2015/848”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henry Cotton’s Brand Management Co. Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, C. Eckhartt u P. Böhner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Industries Sportswear Co. Srl (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: P. Cervato, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 (Każijiet magħquda R 254/2019-2 u R 255/2019-2), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni ta’ entrati bejn Industries Sportswear u Henry Cotton’s Brand Manageme.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Henry Cotton’s Brand Management Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Industries Sportswear Co. Srl.

____________

1     ĠU C 191, 8.6.2020.