Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Sociedade da Água de Monchique vs EUIPO – Ventura Vendrell (chic ÁGUA ALCALINA 9,5 PH)

(Kawża T-195/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea chic água ALCALINA 9,5 PH – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHIC BARCELONA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Sociedade da Água de Monchique, SA (Caldas de Monchique, il-Portugall) (rappreżentant: M. Osório de Castro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, I. Ribeiro da Cunha u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pere Ventura Vendrell (Sant Sadurni d’Anoia, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2020 (Każ R 2524/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn P. Ventura Vendrell u Sociedade da Água de Monchique.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Jannar 2020 (Każ R 2524/2018-4) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 201, 15.6.2020.