Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Moviescreens Rental vs EUIPO – the airscreen company (AIRSCREEN)

(Kawża T-250/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva airscreen – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Karattru distintiv – Artikolu  7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Moviescreens Rental GmbH (Damme, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Schulz u P. Stelzig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: the airscreen company GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2020 (Każ R 2527/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Moviescreens Rental u the airscreen company.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Moviescreens Rental GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 262, 10.8.2020.