Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2021 – PepsiCo vs EUIPO (Smartfood)

(Kawża T-224/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PepsiCo, Inc. (Raleigh, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2021 (Każ R 1947/2020-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva bil-kulur Smartfood.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

PepsoCo, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 228, 14.6.2021.