Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2021 – QN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QN (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li r-rikorrent ma jiġix promoss, li tirriżulta mill-pubblikazzjoni fit-12 ta’ Novembru 2020 tal-Avviż Amministrattiv Nru 32-2020 li jagħlaq il-proċedura ta’ promozzjoni u li jippreżenta lista ta’ promozzjonijiet li fiha l-isem tar-rikorrent ma jidhirx.

tannulla wkoll, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-1 ta’ Ġunju 2021 meħuda mill-konvenuta, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni;

tordna li r-rikorrent jiġi kkumpensat għad-dannu morali subit.

tikkundanna lill-konvenuta, konformement mal-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipproduċi kopja anonimizzata tal-minuti tal- laqgħa mal-Kumitat Konġunt tal-Promozzjoni u tal-minuti tal-laqgħa bejn ir-rappreżentanti tal-Kumitat Ċentrali tal-Persunal u d-Direttur Ġenerali tad-DĠ TAXUD.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8968 final tas-16 ta’ Diċembru 2013.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament – Ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ksur tar-regoli ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali flimkien ma’ ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

____________