Language of document : ECLI:EU:T:2021:743


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2021 – Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża T22/21)

“ Rikors għal annullament – Strument ta’ għajnuna għall-preadeżjoni – Stat terz – Suq pubbliku nazzjonali – Xoljiment tal-kuntratt mill-awtorità kontraenti – Talba ta’ implimentazzjoni mill-awtorità kontraenti ta’ garanzija bankarja – Kontrofirma mill-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Istat terz jew mill-assistent kap – Nuqqas ta’ kompetenza”

Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Strument ta’ għajnuna għall-preadeżjoni – Stat terz – Suq pubbliku nazzjonali – Xoljiment tal-kuntratt mill-awtorità kontraenti – Talba ta’ implimentazzjoni mill-awtorità kontraenti ta’ garanzija bankarja – Kontrofirma mill-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Istat terz jew mill-assistent kap – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 u 288 TFUE)

(ara l-punti 22-25, 30, 34-36)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2020, bir-referenza GK/Regio.ddg.d. 1(2020)6793282, dwar l-implimentazzjoni tal-garanzija bankarja mitluba mill-Ministeru tax-Xjenza, tal-Industrija u tat-Teknoloġija Tork.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL, huwa kkundannat għall-ispejjeż.