Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/07) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Prova tal-ksur - Aċċess għall-fajl - Multa - Prinċipju ta' trattament ugwali - Terminu raġonevoli")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Heineken Nederland BV (Zoeterwoude, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Heineken NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: T. Ottervanger u M. de Jong, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet, S. Noë u A. Nijenhuis, sussegwentement minn A. Bouquet u S. Noë, aġenti, assistiti minn M. Slotboom, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1697, tat-18 ta' April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 − Is-suq Olandiż tal-birra), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1697 tat-18 ta' April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 - Is-suq Olandiż tal-birra), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat f'tali deċiżjoni li Heineken NV u Heineken Nederland BV ipparteċipaw fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra tal-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur "horeca" fil-Pajjiżi l-Baxxi.

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Heineken u fuq Heineken Nederland fl-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni C (2007) 1697 huwa ta' EUR 197 985 937.5.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Heineken u Heineken Nederland għandhom ibatu żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Heineken u ta' Heineken Nederland.

____________

1 - ĠU C 211, 08.09.2007.