Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-308/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, M. Wilderspin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tiddikjara li r-Renju Unit, permezz tar-rekwiżit li persuna li titlob allowance għall-ulied dipendenti jew kreditu mit-taxxa għall-ulied għandha jkollha d-dritt li tirrisjedi fir-Renju Unit, naqas milli jwettaql-obbligi tiegħu taħt ir-Regolament Nru 883/2004 1 ;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li billi rrikjeda li persuna li titlob allowance għall-ulied dipendenti jew kreditu mit-taxxa għall-ulied għandha jkollha d-dritt li tirrisjedi fir-Renju Unit bħala kundizzjoni sabiex tiġi kkunsidrata bħala residenti hemm, ir-Renju Unit impona kundizzjoni li ma hijiex permessa mir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Alternattivament, il-Kummissjoni ssostni li billi impona kundizzjoni sabiex persuna tkun intitolata għall-allowances tas-sigurtà soċjali li hija ssodisfatta awtomatikament miċ-ċittadini tiegħu, ir-Renju Unit ħoloq sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni diretta kontra ċittadini ta’ Stati Membri oħra u b’hekk kiser l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

____________

1  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72)