Language of document : ECLI:EU:T:2011:368





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 – Inter IKEA Systems vs UASI – Meteor Controls (GLÄNSA)

(Kawża T-88/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GLÄNSA – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti GLANZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 45 u 48)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 529/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meteor Controls International u Inter IKEA Systems BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inter IKEA Systems BV hija kkundannata għall-ispejjeż.