Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2012 - L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-89/10) 

("Fondi strutturali - Għajnuna finanzjarja - Awtostrada M43 bejn Szeged u Makó - VAT - Nefqa mhux eliġibbli")

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment J. Fazekas, K. Szíjjártó u M.Z. Fehér, sussegwentement M.Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, V. Bottka u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta' Diċembru 2009, dwar il-proġett maġġuri intitolat "Awtostrada M43 bejn Szeged u Makó", fil-kuntest tal-programm operattiv "Trasport" li jipprevedi għajnuna strutturali tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-objettiv "Konverġenza", permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta' Koeżjoni (CCI 2008HU161PR016)

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.