Language of document : ECLI:EU:T:2014:1033

Kawża T‑91/10

Lucchini SpA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Bażi legali — Drittijiet tad-difiża — Multi — Gravità u tul tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ sentenza għal annullament f’kawża magħquda”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014

1.      Proċedura ġudizzjarja — Replika — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Replika li tirreferi għal dokumenti annessi mal-osservazzjonijiet — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Twettiq minn dawn id-dokumenti tal-funzjoni purament ta’ prova u strumentali li jiddefinixxu anness

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

2.      Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentata tardiva tal-offerti ta’ prova — Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(e), 46(1) u 48(1))

3.      Atti tal-istituzzjonijiet — Preżunzjoni ta’ validità — Att ineżistenti — Kunċett

4.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Kuntest magħruf mill-persuna interessata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura adottata fir-rigward tagħha — Assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

(Artikoli 15 KEFA u 36 KEFA)

5.      Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità — Assenza — Elementi esposti b’mod suffiċjenti fil-liġi fit-test tad-deċiżjoni

(Artikolu 219 KE)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet — Atti tal-Kummissjoni — Ġurisdizzjoni — Portata — Setgħa li tadotta att li jinkludi s-setgħa li temendah fl-osservanza tar-regoli tal-ġurisdizzjoni u tal-forom stabbiliti mit-Trattat

7.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika — Inammissibbiltà — Rekwiżiti analogi fir-rigward tal-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

8.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Estensjoni ta’ motiv imqajjem preċedentement — Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1) u 48(2))

9.      Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, ksur tal-Artikolu 65 KEFA u li tissanzjona lill-impriża inkwistjoni — Bażi legali stabbilita mill-Artikolu 7(1) u mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003

(Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7(1) u 23(2))

10.    Akkordji — Akkordji suġġetti ratione materiae u ratione temporis għas-sistema legali tat-Trattat KEFA — Skadenza tat-Trattat KEFA — Kontinwità tas-sistema ta’ kompetizzjoni libera taħt it-Trattat KE — Żamma ta’ kontroll mill-Kummissjoni meta taġixxi fil-kuntest legali tar-Regolament Nru 1/2003

(Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003)

11.    Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli proċedurali — Regoli sostantivi — Distinzjoni — Skadenza tat-Trattat KEFA — Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni adottati wara din l-iskadenza u li jirrigwardaw fatti preċedenti għaliha — Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ nulla poena sine lege — Sitwazzjonijiet legali li seħħew qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA — Suġġettar għas-sistema legali tat-Trattat KEFA

(Artikolu 65(1) KEFA; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1))

12.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament ta’ l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida abbażi ta’ bażi legali oħra u tal-atti preparatorji preċedenti — Ammissibbiltà — Obbligu li ssir dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza

(Artikolu 65 KEFA)

13.    Akkordji — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjoni abbażi ta’ diversi fatturi kkunsidrati f’daqqa li ma għandhom neċessarjament, ikkunsidrati waħedhom, effett determinanti — Akkordji li jestendu għat-territorju kollu ta’ Stat Membru — Eżistenza ta’ preżunzjoni qawwija ta’ effett

(Artikolu 81(1) KE)

14.    Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Impriża — Kunċett — Unità ekonomika — Eżistenza li tista’ tiġi dedotta minn sensiela ta’ provi konkordanti — Kumpanniji kkontrollati mill-istess familja — Kriterji ta’ evalwazzjoni intiżi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn dawn il-kumpanniji

(Artikolu 65(1) KEFA)

15.    Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Persuna ġuridika responsabbli għat-tmexxija tal-impriża matul il-ksur — Eċċezzjonijiet — Trasferiment tal-attività ta’ kumpannija li ma waqfitx teżisti lil oħra li tappartjeni lill-istess grupp — Imputazzjoni lill-persuna ġuridika li tkompli t-tmexxija — Kundizzjonijiet

(Artikolu 65(1) KEFA)

16.    Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Persuna ġuridika responsabbli għat-tmexxija tal-impriża matul il-ksur — Obbligu li r-responsabbiltà tiġi imputata lill-kumpannija parent — Assenza — Imputazzjoni tar-responsabbiltà lill-akkwirent f’każ ta’ xiri jew ta’ akkwist — Ammissibbiltà

(Artikolu 65(1) KEFA)

17.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A))

18.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Stħarriġ tal-legalità — Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A u 1 B)

19.    Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu li jiġu rrispettati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali

(Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03)

20.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ksur fl-intier tiegħu

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A)

21.    Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti

(Artikolu 15 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23)

22.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ksur ikklassifikat bħala serju ħafna unikament fuq il-bażi tan-natura tiegħu — Obbligu li jintwera impatt konkret mill-ksur fuq is-suq — Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A)

23.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Kwalifika ta’ ksur bħala serju ħafna — Rwol primordjali tal-kriterju bbażat fuq in-natura tal-ksur — Assenza ta’ awtonomija ta’ dak ibbażat fuq id-daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni — Kwalifika ta’ ksur bħala serju ħafna minkejja l-limitazzjoni tiegħu għat-territoru ta’ Stat Membru wieħed biss — Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A)

24.    Akkordji — Prattika miftiehma — Skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ akkordju jew għall-finijiet tal-preparazzjoni tiegħu — Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni skambjata — Preżunzjoni

(Artikolu 65(1) KEFA)

25.    Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Responsabbiltà għal aġir imwettaq minn impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur — Ammissibbiltà — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni tas-serjetà tal-ksur

(Artikolu 65(1) KEFA)

26.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Każ li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni — Esklużjoni tal-motivi ta’ tnaqqis

(Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, punt A 1 u 98/C 9/03, punt 3)

27.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kooperazzjoni fl-investigazzjoni li ma taqbiżx l-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-impriżi skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 jew tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 — Esklużjoni

(Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 11, u Nru 1/2003, Artikolu 18)

28.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ineżistenza ta’ benefiċċju — Esklużjoni — Kundizzjoni finanzjarja ħażina tas-settur inkwistjoni — Kisba ta’ marġni tal-operat baxxi — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A)

29.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni

(Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

30.    Kompetizzjoni — Multi — Kuntest ġuridiku — Determinazzjoni — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni — Natura indikattiva

(Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

31.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Ksur — Kundizzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża kkonċernata

(Artikolu 65 KEFA)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 56-60, 66, 67, 69)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 61-65, 68)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 70-72)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 76-80, 102)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 105, 106)

6.      Is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta att determinat għandha neċessarjament tinkludi s-setgħa li temenda dan l-att. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari tgħaqqad annessi neqsin ma’ deċiżjoni. L-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta deċiżjonijiet ta’ emenda għandu jiġi eżerċitat fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-kompetenza tagħha kif ukoll fl-osservanza tal-forom u tal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-rigward mit-Trattat.

(ara l-punt 108)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 120-122, 161, 255, 256)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 120, 159, 160)

9.      Fi ħdan is-sistema legali Komunitarja, l-istituzzjonijiet għandhom biss kompetenzi li huma assenjati lilhom. Għal din ir-raġuni, l-atti Komunitarji jsemmu fil-preambolu tagħhom il-bażi legali li tawtorizza lill-istituzzjoni kkonċernata taġixxi fil-qasam inkwistjoni. L-għażla tal-bażi legali xierqa għandha fil-fatt importanza kostituzzjonali.

Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tikkonstata, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, li impriża wettqet ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA u timponi fuqha multa ssib il-bażi legali tagħha fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1/2003 għall-konstatazzjoni tal-ksur, u fl-Artikolu 23(2) tal-istess regolament għall-impożizzjoni tal-multa.

(ara l-punti 125, 129)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 130-146)

11.    L-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat KE f’qasam inizjalment irregolat bit-Trattat KEFA għandha sseħħ b’osservanza tal-prinċipji li jirregolaw l-applikazzjoni tal-liġi ratione temporis. F’dan ir-rigward, għalkemm ir-regoli proċedurali ġeneralment jitqiesu li japplikaw għat-tilwim pendenti kollu minn meta dawn jidħlu fis-seħħ, ir-regoli sostantivi għandhom jiġu interpretati, sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, bħala li jirrigwardaw sitwazzjonijiet li nħolqu qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom biss sa fejn mill-kliem, mill-għanijiet jew mill-istruttura tagħhom jirriżulta b’mod ċar li t-tali effett għandu jiġi attribwit lilhom.

F’din il-perspettiva, fir-rigward tal-kwistjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi applikabbli għal sitwazzjoni ġuridika definittivament stabbilita qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA, il-kontinwità tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jimponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi adottati skont it-Trattat KEFA, għall-fatti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis tagħhom. F’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ nullum crimen sine lege, nulla poena sine lege jimplika li r-regola sostantiva li għall-ksur tagħha tiġi imposta sanzjoni tkun fis-seħħ mhux biss fil-mument tat-twettiq ta’ aġir illegali, iżda anki fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tippronunzja s-sanzjoni.

(ara l-punti 147, 148, 150-153)

12.    Peress li l-annullament ta’ att tal-Unjoni mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, il-proċeduri intiżi biex jissostitwixxu l-att annullat jistgħu bħala prinċipju jitkomplew mill-punt preċiż li fih titwettaq l-illegalità. Għalhekk għandu jitqies li sentenza tal-Qorti Ġenerali li annullat deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li timponi multi ma taffettwax il-legalità tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali u li l-Kummissjoni setgħet ġustament tkompli l-proċeduri fil-mument preċiż meta seħħet l-illegalità. Isegwi li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma ġewx miksura mill-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tibgħatilha dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida jew minħabba li din ma ġietx ikkonsultata dwar l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni kombinata tal-bażi legali l-ġdida magħżula mill-Kummissjoni għall-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida tagħha.

(ara l-punti 173, 175, 177, 181)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 186-193)

14.    Għalkemm is-sempliċi fatt li l-kapital azzjonarju ta’ żewġ kumpanniji kummerċjali distinti jappartjeni lill-istess persuna jew lill-istess familja ma huwiex suffiċjenti, bħala tali, biex tiġi stabbilita l-eżistenza, bejn dawn iż-żewġ kumpanniji, ta’ unità ekonomika, madankollu, l-eżistenza ta’ tali unità ekonomika tista’ tirriżulta minn numru ta’ elementi.

Fost dawn l-elementi jista’ jidher, b’mod partikolari, il-fatt li ċerti persuni assumew responsabbiltajiet kemm fi ħdan dawn il-kumpanniji, b’mod partikolari permezz tal-okkupazzjoni ta’ funzjonijiet ewlenin fi ħdan l-organi ta’ tmexxija. Barra minn hekk, il-fatt, għal persuna ġuridika, li tipproduċi hija stess il-beni suġġett ta’ akkordju ma huwiex determinanti għall-finijiet tal-imputazzjoni tal-aġiri li jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 65 KEFA. Fl-aħħar nett, kuntratt ta’ mandat, konkluż b’mod taċitu, li abbażi tiegħu waħda mill-kumpanniji impenjat ruħha li tgħaddi ordnijiet b’mod konformi u skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali stabbiliti mill-oħra mal-fornituri u l-klijenti (volumi, prezz u terminu għall-ħlas) huwa wkoll tali li jikkostitwixxi prova tal-unità ekonomika ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji.

(ara l-punti 198-201, 220, 223-225, 227, 229, 230, 236)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 202-207)

16.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 212, 213)

17.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 239)

18.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 239, 249-251)

19.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 241-243)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 246-248, 261, 262)

21.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 258)

22.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 263-266)

23.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 273)

24.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 286)

25.    Impriża li pparteċipat fi ksur uniku u kumpless permezz ta’ aġiri tagħha stess, li jidħlu fil-kunċetti ta’ ftehim jew ta’ prattika miftiehma li għandhom għan antikompetittiv fis-sens tal-Artikolu 65 KEFA u li huma intiżi biex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-ksur kollu kemm hu, tista’ tkun responsabbli wkoll għall-aġiri implementati minn impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur għall-perijodu kollu tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur imsemmi, meta jkun stabbilit li l-impriża inkwistjoni taf bl-aġiri li jikkostitwixxu ksur tal-parteċipanti l-oħra jew li din tista’ b’mod raġonevoli tipprevedihom u li din hija lesta li taċċetta r-riskju tagħhom.

B’hekk il-fatt li impriża ma pparteċipatx fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju jew li hija kellha rwol minuri fl-aspetti li fihom hija pparteċipat ma huwiex rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur.

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-responsabbiltà individwali tal-impriża kkonċernata, tali elementi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u, jekk ikun il-każ, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa.

(ara l-punti 293, 294, 296)

26.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 305)

27.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 306)

28.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 309)

29.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 314)

30.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 320)

31.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 328)