Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2011 - V vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/09 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Rifjut ta' reklutaġġ minħabba inkapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet- Obbligu ta' motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: V (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curral u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ottubru 2009, V vs Il-Kummissjoni (F-33/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta Ottubru 2009, V vs Il-Kummissjoni (F-33/08) hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jiddeċiedi fuq motiv imqajjem minn V waqt is-seduta u bbażat fuq in-nuqqas ta' inklużjoni tal-President tal-Kummisjsoni Medika fil-lista tal-Kunsill Mediku Belġjan.

2)     Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)     Ir-rikors ippreżentat minn V quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-33/08 huwa miċħud.

4)    V għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza. L-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-ewwel istanza li wasslu għas-sentenza V vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, għandhom jitħallsu skont kif stabbilit fil-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tagħha.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.