Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII, tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rendikonti tar-remunerazzjoni għax-xhur ta’ Ġunju 2014 tar-rikorrenti sa fejn dawn japplikaw għall-ewwel darba l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, sabiex jiġi stabbilit ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom;sa fejn dan ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet informali, tal-15 ta’ Ottubru 2014, li jiċħdu l-ilment tagħhom;tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.