Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Sport-pari vs Il-Kunsill

(Kawża T-439/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – dritt għal smigħ – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sport-pari ZAO (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: V. Vaitkutė Pavan, A. Smaliukas, E. Matulionyte u T. Milašauskas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u E. Paasivirta, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 25), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 17), tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 8), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kun

sill 2012/64

2/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Sport-pari ZAO.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sport-pari.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.