Language of document : ECLI:EU:T:2014:1044





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
BelTechExport vs Il‑Kunsill


(Kawża T‑438/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — dritt għal smigħ”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Atti li jħassru u li jissostitwixxu fil-mori tal-kawża l-atti kkontestati — Talba għall-adattament tat-talbiet għal annullament fformulati fil-mori tal-kawża — Ammissibbiltà — Terminu għall-preżentazzjoni ta’ tali talba — Bidu tad-dekorrenza — Data ta’ komunikazzjoni tal-att il-ġdid lill-persuni kkonċernati (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2) u 102) (ara l-punti 54, 67, 68, 71)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Regolament li jipproċedi għal eżami mill-ġdid tal-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet imsemmija u li jikkompleta din il-lista mingħajr ma jħassarha — Rikors ippreżentat minn persuna li tidher fil-lista, iżda li ma hijiex imsemmija f’dan ir-regolament — Ammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006 u Nru 1000/2011) (ara l-punti 59-61)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/357/PESK, 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 588/2011, Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punti 79-85)

4.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Obbligu li din il-miżura tiġi estiża għall-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn tali entità — Kundizzjoni — Atti li jimponu l-miżuri restrittivi li jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ dawn fil-konfront ta’ dawn l-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati (ara l-punti 88, 89)

5.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-provi kontra — Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni effettwati minn dawn il-miżuri — Eżistenza ta’ motivi ġodda — Ksur tad-dritt ta’ smigħ (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1017/2012) (ara l-punti 117, 118)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 25), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 17), tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 8), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (ĠU L 288, p. 69), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil BelTechExport ZAO.

2)

Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli sa fejn jikkonċerna, minn naħa, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PES, u min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn BelTechExport ZAO.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.