Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – IOC-UK vs Il-Kunsill

(Kawża T-428/13)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, M. Gambardella, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u V. Kaye, sussegwentement V. Kaye, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013 tas- 6 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 313 tas-26/10/2013.