Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/13 u T-451/13) 1

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva klotijanidin, tijametossam u imidakloprid – Reviżjoni tal-approvazzjoni – Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi inkwistjoni – Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Proporzjonalità – Dritt għal smigħ – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-429/13: Bayer CropScience AG (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, u P. Harrison, solicitor)

Rikorrenti fil-Kawża T-451/13: Syngenta Crop Protection AG (Bâle, l-Isvizzera), u l-15 ir-rikorrent l-ieħor li isimhom jidher anness mas-sentenza (rappreżentatni: inizjalment D. Waelbroek, I. Antypas, avukati, u D. Slater, solicitor, sussegwentement D. Waelbroek u I. Antypas)

Konvenuta fil-Kawżi T-429/13 u T-451/13: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)

Intervenjeni insostenn tar-rikorrenti fil-Kawżi T-429/13 u T-451/13: Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM) (Montardon, Franza) (rappreżentanti: L. Verdier u B. Trouvé, avukati), The National Farmers’ Union (NFU) (Stoneleigh, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Mercer, QC, u N. Winter, solicitor), Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abrahams, barrister, I. de Seze u É. Mullier, avukati), Rapool-Ring GmbH Qualitätsraps deutscher Züchter (Isernhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Stallberg u U. Reese, sussegwentement U. Reese u J. Szemjonneck, avukati), European Seed Association (ESA) (Brussell) (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, sussegwentement P. de Jong, K. Claeyé u E. Bertolotto, avukati), Agricultural Industries Confederation Ltd (Peterborough, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, sussegwentement P. de Jong, K. Claeyé u E. Bertolotto, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta fil-Kawżi T-429/13 u T-451/13: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, aġenti), Union nationale de l’apiculture française (UNAF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti fil-Kawża T-429/13: B. Fau u J.-F. Funke, avukati, u fil-Kawża T-451/13: B. Fau), Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV (Soltau, il-Ġermanja), Österreichischer Erwerbsimkerbund (Großebersdorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Willand u B. Tschida, avukati), Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life) (Louvain-la-Neuve, il-Belġju), Buglife – The Invertebrate Conservation Trust (Peterborough) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat), Stichting Greenpeace Council (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU 2013, L 139, p. 12), u, min-naħa l-oħra, fil-Kawża T-451/13, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-429/13 u T-451/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza li ttemm l-istanza.

Ir-rikors huma miċħuda.

Bayer CropScience AG, Syngenta Crop Protection AG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Union nationale de l’apiculture française (UNAF), mid-Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV u mill-Österreichischer Erwerbsimkerbund.

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

L-Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM), The National Farmers’ Union (NFU), l-Association européenne pour la protection des cultures (ECPA), Rapool-Ring GmbH Qualitätsraps deutscher Züchter, il-European Seed Association (ESA), l-Agricultural Industries Confederation Ltd, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life), Buglife – The Invertebrate Conservation Trust u Stichting Greenpeace Council għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 325, 9.11.2013.