Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof - il-Ġermanja) - Manfred Beker, Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn

(Kawża C-168/11)

(Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Dħul minn kapital - Ftehim għall-prevenzjoni mit-taxxa doppja - Dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri u fi Stati terzi - Determinazzjoni tal-limitu massimu ta' imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f'ras il-għajn f'pajjiż barrani fuq it-taxxa fuq id-dħul nazzjonali - Nuqqas ta' teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż personali u relatati mal-istil ta' ħajja - Ġustifikazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Manfred Beker, Christa Beker

Konvenut: Finanzamt Heilbronn

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesfinanzhof - Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul ta' persuni fiżiċi li tippermetti t-tnaqqis tat-taxxi mħallsa f'pajjiż ieħor biss mill-parti tat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul relattiva għad-dħul mill-pajjiż l-ieħor - Metodu għad-determinazzjoni ta' din il-parti mit-taxxa nazzjonali fuq id-dħul li jwassal għall-attribuzzjoni proporzjonali tal-ispejjeż u imposti eċċezzjonali li jistgħu jitnaqqsu wkoll għad-dħul barrani, u li jwassal għalhekk għal tnaqqis korrispondenti fil-limitu ta' tnaqqis tat-taxxi mħallsa f'pajjiż ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li abbażi tagħha, fil-kuntest ta' sistema intiża sabiex tillimita t-taxxa doppja, meta persuni suġġetti għat-taxxa b'mod illimitat iħallsu fuq dħul b'oriġini barranija, fl-Istat tal-oriġini tad-dħul imsemmi, taxxa ekwivalenti għat-taxxa fuq id-dħul miġbura mill-imsemmi Stat Membru, l-imputazzjoni tal-imsemmija taxxa barranija fuq l-ammont tat-taxxa fuq id-dħul f'dan l-Istat Membru ssir billi l-ammont tat-taxxa dovuta abbażi ta' dħul taxxabbli fl-istess Stat Membru, inkluż id-dħul b'oriġini barranija, jiġi mmoltiplikat bir-relazzjoni eżistenti bejn l-imsemmi dħul b'oriġini barranija u s-somma tad-dħul, fejn din l-aħħar somma ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ispejjeż speċjali u l-infiq straordinarju bħala spejjeż relattivi għall-istil ta' ħajja jew għas-sitwazzjoni personali jew tal-familja.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.