Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2013 - Present-Service Ullrich vs UASI - Punt-Nou (babilu)

(Kawża T-66/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali babilu - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BABIDU - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Present-Service Ullrich GmbH & Co. KG (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Graf von Kalckreuth u I. Stein avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: (Punt Nou, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Novembru 2010 (Każ R 773/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Punt-Nou, SL u Present-Servcie Ullrich GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Present Servcie Ullrich GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 89, 19.03.2011.