Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2012 - Mundipharma vs UASI - AFP Pharmaceuticals (Maxigesic)

(Kawża T-328/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg a.d. Lahn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AFP Pharmaceuticals Ltd (Takapuna, Neuseeland)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Mejju 2012 fil-Każ R 1788/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: AFP Pharmaceuticals Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Maxigesic" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 056 104

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "OXYGESIC" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

____________