Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Lulju 2012 - Hut.com vs UASI - Intersport France (THE HUT)

(Kawża T-330/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Hut.com Ltd (Northwich, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Intersport France (Longjumeau, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' April 2012 fil-Każ R 814/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "THE HUT", għal fost l-oħrajn servizzi fil-klassi 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8394091

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Franċiża Nru 33228708 tat-trade mark verbali "LA HUTTE", għal prodotti fi klassijiet 3, 5, 18, 22, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________