Language of document : ECLI:EU:T:2014:240

Kawża T‑327/12

Simca Europe Ltd

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Simca — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014

1.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra — Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

3.      Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant ta’ male fide waqt il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha li jeżistu waqt il-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Konoxxenza tal-applikant tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew li jixxiebah — Intenzjoni tal-applikant — Livell ta’ protezzjoni ġuridika tas-sinjali inkwistjoni ‑ Livell ta’ reputazzjoni — Oriġini tas-sinjal ikkontestat — Loġika kummerċjali għall-bażi tar-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark Komunitarja

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant ta’ male fide waqt il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Trade mark verbali Simca

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 26)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28, 29, 32)

3.      Il-mala fide tal-applikant, fis-sens tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/09 dwar it-trade mark Komunitarja, għandha tiġi evalwata b’mod globali, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ, u b’mod partikolari:

–        il-fatt li l-applikant jaf jew għandu jkun jaf li terz juża, tal-inqas fi Stat Membru, sinjal identiku jew li jixxiebah għal prodott identiku jew li jixxiebah, li kapaċi jwassal għal konfużjoni mas-sinjal li għalih saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni;

–        l-intenzjoni tal-applikant li jipprekludi lil dan it-terz milli jkompli juża tali sinjal;

–        il-livell ta’ protezzjoni li jgawdu minnha s-sinjal tat-terz u s-sinjal li għalih saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Barra minn hekk, l-intenzjoni li prodott jiġi prekluż milli jiġi kkummerċjalizzat tista’, f’ċerti ċirkustanzi, tikkaratterizza l-mala fide tal-applikant. Dan ikun partikolarment il-każ meta jirriżulta, iktar tard, li dan tal-aħħar ikun irreġistra sinjal bħala trade mark Komunitarja mingħajr l-intenzjoni li jużah, unikament sabiex jipprekludi d-dħul fis-suq ta’ terz.

Dan premess, it-tliet fatturi elenkati iktar ’il fuq huma biss eżempji fost numru ta’ elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiddeċiedi dwar l-eventwali mala fide ta’ applikant għal trade mark fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Fil-fatt, fil-kuntest tal-analiżi globali mwettqa skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, tista’ wkoll tittieħed inkunsiderazzjoni l-oriġini tal-kelma jew tas-sinjal li jikkostitwixxu t-trade mark ikkontestata u l-użu preċedenti tagħha fil-qasam tan-negozju bħala trade mark, b’mod partikolari minn impriżi kompetitriċi, kif ukoll il-loġika kummerċjali li ntużat fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li hija kkostitwita minn din il-kelma jew minn dan is-sinjal.

Barra minn hekk, l-intenzjoni tal-applikant li jimpedixxi terz milli jkompli juża s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni kienet element suġġettiv li kellu jiġi ddeterminat b’riferiment għaċ-ċirkustanzi oġġettivi tal-każ ineżami.

(ara l-punti 36-39, 55)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41, 42, 45, 49, 56, 61-63)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 82)