Language of document : ECLI:EU:T:2012:290





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 taʼ Ġunju 2012 — Hartmann vs UASI — Mölnlycke Health Care (MESILETTE)

(Kawża T-342/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MESILETTE — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEDINETTE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1) (b)) (ara l-punti 20-22, 28-39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Mejju 2010, (Każ R 1222/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Hartmann AG u Mölnlycke Health Care AB.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, (Każ R 1222/2009-2) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.