Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jikklassifikaw lir-rikorrenti, skont ir-regoli l-ġodda ta’ karriera u promozzjoni applikabbli wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014, fl-impjieg tat-tip “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni” u li jċaħduhom, skonthom, milli jkunu eliġibbli għall-promozzjoni lejn il-grad AD 14, u sussegwentement il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet li jikklassifikaw lir-rikorrenti fl-impjieg tat-tip “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni”;jiddikjara li l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.