Language of document : ECLI:EU:T:2013:440

Kawża T‑408/10

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Roca Sanitario, SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Koeffiċjenti — Ċirkustanzi attenwanti — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikattiv”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla)
tas-16 ta’ Settembru 2013

1.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Estratti annessi mar-rikors — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

2.      Rikors għal annullament — Rikorsi ppreżentati separatament minn kumpannija parent u mis-sussidjarja tagħha kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timputa l-aġir ta’ din tal-aħħar lill-kumpannija parent — Teħid inkunsiderazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tar-rikors tal-kumpannija parent, tal-eżitu tar-rikors ippreżentat mis-sussidjarja — Talbiet tal-kumpannija parent intiżi sabiex tibbenefika minn kull tnaqqis tal-ammont tal-multa mogħti lil waħda mis-sussidjarji tagħha — Ksur tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita — Assenza

(Artikoli 101(1) TFUE u 263 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 193-195)

2.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, meta l-kumpannija parent ma tkunx ipparteċipat materjalment fl-akkordju u r-responsabbiltà tagħha tkun ibbażata fuq l-unika parteċipazzjoni tas-sussidjarja tagħha fl-imsemmi akkordju, ir-responsabbiltà tal-kumpannija parent titqies li hija responsabbiltà purament sekondarja, aċċessorja u dipendenti fuq dik tas-sussidjarja tagħha u ma tistax, għalhekk, teċċedi r-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar.

Konsegwentement, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat mill-kumpannija parent kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timputa lil din il-kumpannija r-responsabbiltà tal-ksur imwettaq minn waħda mis-sussidjarji tagħha u tikkundannaha in solidum għall-ħlas tal-multa imposta fuq din tal-aħħar, il-Qorti Ġenerali tista’, mingħajr ma tiddeċiedi ultra petita, tapplika għall-imsemmija kumpannija parent, sakemm hija kienet talbet formalment f’dan is-sens, it-tnaqqis kollu tal-ammont tal-multa eventwalment mogħti lis-sussidjarja tagħha fir-rikors għal annullament ippreżentat b’mod parallel mis-sussidjarja kontra l-istess deċiżjoni.

(ara l-punti 201, 203, 207, 211)