Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Diċembru 2020 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank, Y vs X, Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

(Kawża C-713/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank, Y

Konvenuti: X, Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Domandi preliminari

L-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiem li jirrisjedi fi Stat Membru u jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol temporanju li jipprevedi li r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm mat-tmiem tal-missjoni u hija sussegwentement stabbilita mill-ġdid, jibqa’ suġġett, fil-perijodi bejn wieħed u l-ieħor, għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat Membru, sakemm ma jkunx waqaf temporanjament minn dan ix-xogħol?

Liema huma l-fatturi rilevanti sabiex jiġi evalwat, f’tali każijiet, jekk kienx hemm jew le waqfien temporanju mill-attività tiegħu?

Wara liema perijodu ta’ żmien ħaddiem li ma għadx għandu relazzjoni kuntrattwali ta’ xogħol għandu, ħlief meta jeżistu indikazzjonijiet kuntrarji konkreti, jitqies li jkun waqqaf temporanjament l-attività tiegħu fl-Istat ta’ impjieg?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.