Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Beveland vs EUIPO – Super B (BUCANERO)

(Kawża T-29/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BUCANERO – Użu ġenwin tat-trade mark – Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 – Forma li tvarja f’elementi li ma jbidlux il-karattru distintiv – Prova tal-użu ġenwin”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Beveland, SA (Sant Joan les Fonts, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Super B, SL (Talavera de la Reina, Spanja) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2020 (Każ R 1046/2020-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Beveland u Super B.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Beveland, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 79, 8.3.2021.