Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad - Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – “EKOFRUKT EOOD” vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo

(Kawża C-362/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad - Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “EKOFRUKT” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo

Domandi preliminari

L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku ma jistax jiġi ddikjarat null meta jkun ġie ffirmat permezz ta’ firma elettronika li ma tkunx “firma elettronika kkwalifikata”?

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-firma elettronika hijiex ikkwalifikata jew le, huwa biżżejjed li “firma elettronika kkwalifikata” tiġi inkluża fiċ-ċertifikat stabbilit mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji jew inkella huwa meħtieġ li l-qorti tikkonstata li kienu ssodisfatti l-Artikolu 26 u l-Anness I tar-Regolament Nru 910/2014?

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta iktar ’il fuq, huwa biżżejjed li l-fornitur jiddeskrivi l-firma elettronika bħala waħda “professjonali” sabiex jitqies li ma hemmx “firma elettronika kkwalifikata”, fl-assenza ta’ ċertifikat ikkwalifikat tal-fornitur, jew inkella huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-firem jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ firma elettronika kkwalifikata?

Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-konformità tal-firma elettronika kkwalifikata mar-rekwiżiti previsti fl-Anness I tar-Regolament Nru 910/2014, il-fatt li l-ismijiet tal-firmatarju ma ngħatawx bl-alfabett Ċirilliku, kif jidentifika ruħu l-firmatarju, iżda bl-alfabett Latin, jikkostitwixxi ksur tal-imsemmi regolament li jfisser li ma hemmx firma elettronika kkwalifikata?

____________

1     ĠU 2014, L 257, p. 73.